Infrastruttura
Kif inbidel ir-raħal Malti maż-żminijiet?

Simpożju organizzat minn Wirt Iż-Żejtun iffoka fuq l-iżvilupp matul iż-żminijiet tar-raħal Malti, fost l-oħrajn bis-sehem ta’ professur Ingliż, li rriċerka dwar l-irħula Maltin. Fis-simpozju, il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici ħabbar li ser isiru emendi għall-Att dwar il-Patrimonju Kulturali.

L-iżvilupp tal-irħula Maltin u l-mod kif evolvew matul iż-żminijiet kienu mgħarbla mill-Professur Brian Blouet li fl-1967 ppubblika l-osservazzjonijiet tiegħu fil-ktieb “The Story of Malta”, u dal-aħħar fi studju li ffoka fuq l-iżvilupp urban fl-irħula Maltin.

ll-Professur Ingliż, li jgħallem f’Università Amerikana, qal li t-tibdil demografiku u fiżiku biddel il-wiċċ tal-irħula Maltin, anke jekk uħud żammew il-karattru awtentiku tagħhom.

“The Maltese village was still a fairly compact village, and of course now a lot of the villages have sprawled, and nothing in the traditional way. How long is this going to go on? A great deal of countryside has been invaded,” qal il-Professur Blouet.

Spjega li l-irħula nbnew madwar il-knejjes li kienu jitqiesu bħala ċ-ċentru tal-lokalità. Żied jgħid li l-inflwuenza tal-era kolonjali Ingliża tidher fis-subborgi tal-irħula, li qal qed ibiddlu l-villaġġi. Il-Professur Blouet ibassar li l-iżviluppi kontemporanji se jkollhom ukoll timbru fid-dehra tal-irħula tradizzjonali. Qal li li l-kunċett tal-villaġġ kull ma jmur jiċċekken u jinbidel.

Il-President ta’ Wirt Iż-Żejtun, il-Perit Ruben Abela, qal li d-disinn u l-kunċett tad-djar u l-irħula Maltin huma xhieda ta’ epoki u ħakmiet differenti.

“L-Ingliżi daħlu l-pjanifikazzjoni u t-tifsil tat-toroq f’għamla ta’ gradilja, nafu li l-Ordni kienu daħħluha fi żmien ir-Rinaxximent fil-Belt, imma fl-irħula din daħħluha fi żmien l-Ingliżi, allura l-binja u d-dar, issa fi żmien l-Ingliżi, din bdiet titfassal f’għamla rektangolari u ma baqgħetx id-dar tradizzjonali Maltija li kienet influwenzata minn żmien l-Għarab, fejn kellek il-bitħa u l-kmamar iduru magħha, allura daħlet it-tifsila tad-djar, ħa ngħidu hekk, mill-perjodu Ingliż,” spjega l-Perit Abela.

Il-Ministru tal-Kultura, Owen Bonnici, qal li l-Gvern hu determinat li jsaħħaħ l-ibliet u l-irħula antiki, u ħabbar li ser isiru emendi fl-Att dwar il-Patrimonju Kulturali. Qal li l-bidliet proposti, li jinkludu r-regolarizzazzjoni ta’ l-għoti tal-warrant lill-konservaturi, l-irfinar tad-definizzjoni tal-wirt kulturali, u t-tisħiħ ta’ Heritage Malta biex il-wirt kulturali jitqiegħed fuq bażi aktar b’saħħitha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li b’effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattgħalhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh jistgħu japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali. Dan japplika wkoll…

Qorti

Alessio Minelli, Taljan ta’ 27 sena, instab ħati li agredixxa u weġġa’ gravi lil Ryan Sacco, pulizija li dak il-ħin kien ‘off-duty’. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tas-6 ta’ Lulju 2017…

Kurżitajiet

Fl-istadium ta’ Ramón Sánchez Pizjuán f’Sevilla, tfaċċat il-bandiera Maltija fost il-partitarji li marru jsegwu logħba football tas-Sevilla kontra r-Rayo Vallecano. Jidher li fost il-partitjari, kien hemm Malti kburi b’pajjiżu u…

Edukazzjoni

Sittin tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-istat ta’ Malta u Għawdex ħadu sehem f’attività tal-Brillantini tal-Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat f’Ruma. Permezz tal-iskema ‘Brillantini tal-Kitba’, tfal ta’ disa’ snin,…

Aktar