Barranin
Kif issir miljunarju mil-lejl għan-nhar

Meta ssir miljunarju normalment ma tiġrix f’ħakka t’għajn.  Iżda dan kien id-destin ta’ raġel li sar miljunarju għodwa minnhom meta ċċekkja l-kont bankarju tiegħu.

Luc Mahieux minn Dinant fil-Belġju sab li xi ħadd kien poġġielu l-flus fil-card tiegħu u mill-ewwel beda jħoss li solva l-problemi finanzjarji kollha li kellu għax sar sinjur mil-lejl għan-nhar.

Iżda l-ferħ li ħass meta sab €2 miljun fil-credit card tiegħu sfuma wara biss ħamest ijiem meta ċ-ċifra ġiet intraċċata mit-tekniċi ta’ kontra l-frodi.

Jirriżulta li l-Iban minn fejn ġew il-flus jikkorrispondi ma’ sit famuż li ftit ilu r-raġel kien għadu kif ħassar l-abbonament li kien jiswa €30 fix-xahar.

It-tekniċi ta’ kontra l-frodi għadhom ma jistgħux jispjegaw kif dan l-ammont ta’ flus spiċċa fil-kont ta’ dan ir-raġel u minn fejn sar it-trasferiment tagħhom.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tħabbret il-mewt ta’ Stan Lee, ko-kreatur tal-Marvel Comics, fl-età ta’ 95 sena. Stan Lee hu l-kittieb u editur li kien wieħed mill-imħuħ wara karattri ta’ Marvel Comics bħal Spider-Man u X-Men. Lee,…

Barranin

L-iskart ta’ wieħed huwa t-teżor ta’ ieħor. Hekk jiddeskrivi l-karriera tiegħu Artur Brazhe, disinjatur tal-moda favur l-ambjent. Brazhe huwa minn Kursk u ilu jiddisinja ħwejjeġ minn affarijiet riċiklabbli għal dawn…

Awstralja

Fl-Awstralja, qorti semgħet li mara li kienet akkużata li poġġiet labar tal-ħjata fil-frawli, għamlet dan minħabba li kienet motivata minn dispett. Ut Trinh, ta’ 50 sena kienet arrestata l-Ħadd wara…

Kurżitajiet

Ħaddiema ta’ kumpanija Belġjana tal-metall dalgħodu sabu sorpriża wara tmiem il-ġimgħa hekk kif skoprew li kellhom bonus ta’ €30,000 fil-kont bankarju tagħhom. Filwaqt li wħud issuspettaw li l-flus spiċċaw għandhom…

Aktar