Lokali
Kif jiġi trattat l-iskart organiku? – 500 tunnellata ta’ skart organiku miġbura kull ġimgħa

L-iskart organiku li beda jinġabar fl-aħħar xahar u nofs diġà qed jiġġenera l-enerġija daqskemm tintuża minn aktar minn 6,000 familja. Iċ-Chairman tal-Wasteserv David Borg qal lil TVM li l-iskema tal-ġbir tal-iskart organiku marret aħjar milli kien mistenni tant li kull ġimgħa qed jinġabru mal-500 tunnellata ta’ dan l-iskart.

Kważi xahar u nofs wara li daħlet fis-seħħ b’mod obbligatorju s-sistema tas-separazzjoni tal-iskart organiku, krew ta’ TVM ra l-proċess ta’ kif qed jiġi ttrattat l-iskart organiku li qed jinġabar kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.

Waqt li l-familji issa draw l-ġranet meta tinġabar l-borza l-bajda bl-iskart organiku, ftit huma li jafu x’jiġri mill-iskart miġbura minn wara l-bibien tagħhom.

It-trakkijiet bil-boroż il-bojod miġbura mill-ibliet u l-irħula jitbattlu f’maħżen magħluq biex il-materjal ma jrejjaħx. Magni bi xfafar iqattgħu l-boroż li ntgħażlu għalihom waqt li l-materjal organiku mill-kċejjen Maltin jgħaddi minn għarbiel biex isir likwidu. Hawnhekk isir it-trattament bijoloġiku biex minnu jinħareġ il-gass, waqt l-likwidu li jibqa’ jiġi seperat minn dak solidu li jitnixxef biex jinbidel f’kompost għall-ħamrija.

Iċ-Chairman tal-Wasteserv David Borg qal “minn borża organika tiġi trasferita għal elettriku lura fil-grid li huwa kollu green energy. Qed jinfurmawni li issa laħħaqna għal ekwivalenti ta’ 6,500 dar fis-sena”

David Borg waqt li spjega li bil-materjal li dieħel aktar minn irdopja l-ammont ta’ enerġija nadifa li qed tkun iġġenerata mill-iskart organiku. Huwa stqarr li l-wasteserv hija sodisfatt li l-familji qed jagħmlu parti tagħhom tant li nqabżu l-miri għax f’Novembru, inġabar medja ta’ 12-il kilo skart organiku minn kull dar li qabel kien jispiċċa fil-landfill.

David qal “qed nirċievu mal-500 tunnellata fil-ġimgħa fejn aħna konna qed nistennew massimu ta’ 300 tunnellata fil-ġimgħa.”

Davina Shead, li hija responsabbli mill-proġetti tal-Wasteserv qalet li l-wasteserv qed tkompli bit-tqassim ta’ kontenituri għas-seperazzjoni tal-iskart.

Davina qalet “sar investiment ta’ ‘l fuq minn €5 miljun biex nipprovdu kull residenza bil-kontenituri apposta bis-separazzjoni tal-iskart.”

Sadanittant, il-kumitat Parlamentari għall-ambjent kompla jiddiskuti l-pass li jmiss fl-immaniġġjar tal-iskart biex isir l-investiment li biex l-bqija tal-iskart li bħalissa tmur fil-landfill tkun tista’ tinbidel f’enerġija. Dal-proġett b’investiment ta’ aktar minn mitt miljun Ewro mistenni jitlesta fil-leġislatura li jmiss.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar