Lokali
Kif jista’ bini storiku jibqa’ jintuża minn ġenerazzjoni għall-oħra?

Kunċett imnebbaħ fl-Iżvizzera fetaħ il-bibien għal kif bini storiku jibqa’ jintuża minn ġenerazzjoni għall-oħra. Imsejjaħ il-Baukultur, dan il-kunċett ġie diskuss f’konferenza internazzjonali li saret fil-MUŻA li huwa stess huwa eżempju ħaj ta’ dan il-kunċett.

Il-kunċett Baukultur idur ma’ kif kull ambjent mibni jiġi disinjat biex jibqa’ jintuża. Huwa kunċett Żvizzeru li fi kliem l-espert tekniku fil-Kultura Oliver Martin, huwa importanti li kull pajjiż kemm fl-Ewropa u anke lil hinn jibdew ifasslu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom biex jimplimentaw dan il-kunċett.

“Policies to get everyone to focus on the quality of built environment and not to separate here the heritage conservation and there the contemporary architectures. It’s a very ambitious goal and it will not work out from one year to the next but it’s high time now to deal with the quality of our built environment.”

Eżempju tipiku ta’ bini storiku li baqa’ jitrasforma ruħu u jintuża matul iż-żmien huwa l-mużew nazzjonali tal-Arti l-MUŻA, li ospita konferenza Internazzjonali li ffukat fuq il-kunċett Baukultur.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dal-kunċett wassal anke biex f’Malta nħarsu lejn modi innovattivi u inklussivi f’arkitettura ta’ kwalità u naraw ukoll il-potenzjal tagħha biex tibqa’ tikkontribwixxi lis-soċjetà. Semma’ kif binjiet storiċi reġgħu ngħataw il-ħajja fosthom il-fortifikazzjonijiet tas-sekli 16 u 17 li saru mużewijiet u ċentri tal-viżitaturi.

Oliver Martin li kien wieħed mill-kelliema fil-konferenza qal li l-kunċett Baukultur irid jieħu inkonsiderazzjoni kif iżewweġ l-arkitettura mal-kultura.

“The balance between economic and technological aspects is unbalanced now. We have to strengthen the cultural aspects again because building after all is a cultural activity.”

Diversi esperti lokali u barranin fl-arkitettura ħadu sehem f’din il-konferenza, li kienet organizzata b’kollaborazzjoni mad-Direttorat tal-Kultura.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Lokali

Il-Ministru għall-familja, id-drittijiet tat-tfal u solidarjetà soċjali Michael Falzon qal li bħalissa hemm 278 tifel u tifla li huma taħt ordni ta’ ħarsien mill-Aġenzija Appoġġ. Fi tweġiba parlamentari lid-deputat nazzjonalista…

Aktar