Lokali
Kif jista’ jgħin lit-tfal il-coding?

L-esperti fl-edukazzjoni jemmnu li t-tfal iridu jużaw it-teknoloġijka b’modi ġodda u l-coding jista’ jgħin lit-tfal jiżviluppaw f’persuni kreattivi, kritiċi, kapaċi jsolvu l-problemi u jaħdmu f’tim. Skont l-Unjoni Ewropea, Malta qed jirnexxilha xxettel il-kultura tal-coding.

Fl-iskola St Catherine’s sibna tfal ta’ 10 snin iħabblu moħħhom kif b’coding fil-kompjuter se jġegħlu robot żgħir jgħaddi minn bejn id-dgħajjes.

Wieħed mill-istudenti spjega li “I like learning about technology because it really inspires me like coding I like it alot, you tell it what to do if there is a sensor and sees something like my hand it moves on.”

Skont esperti fir-Renju Unit, il-lezzjonijiet tal-kompjuter m’għandhomx ikunu kif tagħmel power presentation jew kif tħaddem kompjuter, iżda kif jaħdem il-kompjuter u kif tista’ tagħmlu jaħdem għalik.

Klaus Konrad, għalliem tal-coding qal li “li ma tkunx taf almenu fuq livell bażiku t-teknoloġija kif taħdem, kif għandek timplimenta, x’inhu possibli li jista’ jsir bit-teknoloġija ħa jkun ta’ żvantaġġ enormi jekk m’għandek dawk l-iskills” .

Minn tliet snin ilu, fl-iskejjel fl-Ingilterra tfal ta’ ħames snin bdew jitgħallmu l-coding. F’Malta, dawn it-tip ta’ lezzjonijiet qed isiru f’uħud mill-iskejjel u ħafna drabi wara l-ħinijiet tal-iskola.

“We chose a song from youtube & now we have to code it to make a dance, let me show you” stqarr wieħed mill-istudenti.

Il-coding jgħin lit-tfal ikollhom ħiliet biex joħolqu teknoloġiji li jħallu impatt fuq ta’ madwarhom, kif spjegalna Carmel Cachia, kordinatur eżekuttiv tal-Fondazzjoni Eskills Malta.

Carmel Cachia mill-Fondazzjoni eskills Malta qal li “il-coding m’huwiex as such il-coding li nafu biex tipprogramma kompjuter imma jinkludi problem-solving u allura joħorġu leadership skills, jiġifieri ċertu kwalitajiet illi joħorġu waqt il-coding huma tajbin mhux biss għal min se jieħu karriera tal-ICT imma għal kull karriera”

F’Ottubru li għadda, Malta ngħaqdet ma’ pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea fil-code week u ġiet ikklassifikata fl-ewwel post bħala l-iktar pajjiż li ras għal ras organizza attivitajiet biex tixxettel il-kultura tal-coding.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ġuvni ta’ 28 sena minn San Pawl il-Baħar, kien arrestat aktar kmieni illum wara li nqabad mill-Pulizija fil-pussess ta’ madwar tliet kilogrammi, allegatament pjanta tal-kannabis, lesta sabiex tiġi traffikata. Huwa…

Lokali

Waqt li s-siġar huma importanti għall-ambjent u għall-arja nadifa jistgħu jkunu ta’ periklu jekk jitħawlu bla ħsieb. L-espert tas-siġar, Alfred E Baldacchino sostna ma’ TVM li mhux kull siġra, speċjalment…

Lokali

Mis-sena skolastika li jmiss l-istudenti tal-kindergarten u tal-Primarja f’Marsaskala se jżanżnu skola ġdida li qed tinbena b’investiment ta’ €5 miljun. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, Mario Gafa’, qal li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Kreattività investiet fit-teatru taċ-Ċinema li hemm fil-Kavillier ta’ San Ġakbu bil-għan li dan ikun aktar aċċessibli għal persuni li jużaw il-hearing aid. Permezz ta’ apparat speċjalizzat persuni bil-hearing aid…

Aktar