Lokali
Kif jistgħu jiġu evitati l-inċidenti fil-pixxini?

Fl-Ewropa jkun hemm madwar 6,000 każ ta’ mewt kull sena b’għarqa. F’Malta, ir-rata hija ħarira għola minn dik tal-Unjoni Ewropea.

Il-każ tat-tifla ta’ sentejn, li fl-aħħar jiem tilfet ħajjitha wara li għerqet f’pixxina ta’ dar privata f’Għawdex, u l-każ fejn infermiera salvat tifla ta’ erba’ snin li kienet għodda għerqet f’pixxina pubblika f’Baħar iċ-Ċagħaq, qajmu diskussjoni dwar l-azzjonijiet huma meħtieġa meta jinqalgħu ċirkustanzi bħal dawn.

Trevor Abela Fiorentino, Assistent Lecturer fid-Dipartiment tal-Infermiera tal-Università ta’ Malta, spjega lil TVM, li l-ewwel tliet minuti huma kruċjali meta persuna ssib ruħha f’diffikulta taħt wiċċ l-ilma għax hemm probbabilità li wara 3 minuti t-traġedja tkun ġrat. Spjega li huwa importanti li t-tfal ikunu taħt għajnejn il-ġenituri l-ħin kollu.

Trevor Abela Fiorentino qal li “il-każijiet ta’ drowning fil-pools qed jiżdiedu. Qed ikun hemm iktar aċċessibiltà għal pools privati għandek tfal żgħar u l-prevenzzjoni f’dal każ hu li ma jkollhomx aċċess dirett għall-ilma. Għalhekk il-pool irid ikun guarded u nenfasizzaw għal preżenza tal-adulti u jkunu attenti. Illum dieħla l-kultura tal-mobile phones, li kulħadd iktar moħħu fih u hu distraction kbir u kull ma trid nofs minuta u traġedja tiġri”.

Statistika turi li f’Malta, fl-aħħar 13-il sena, għerqu medja ta’ 5 persuni fis-sena. Is-Sur Abela Fiorentino spjega li l-għarqiet huma r-raba’ l-ikbar każ ta’ imwiet accidentali f’pajjiżna wara fatalitajiet minn waqgħat, inċidenti tat-traffiku u avvelenar.

Mistoqsi x’wieħed għandu jagħmel f’każ li jara lil xi ħadd f’diffikultà, is-Sur Abela Fiorentino qal li l-aħjar huwa li l-persuna tiġi mgħejjuna l-ewwel permezz ta’ salvauomo. Spjega li ilma li jkun laħaq daħal fil-pulmun ma jistax jitneħħa iżda jekk l-individwu jkun mitluf minn sensih imma jkun għadu jieħu nifs tidħol proċedura tal-recovery position. Jekk jittella bla nifs trid issir CPR minnufih biex jidħol l-ossiġnu fil-moħħ u fil-qalb.

Trevor qal li “l-idea hi li nirbħu ħin sakemm tasal ambulanza u għalhekk importanza li nċemplu għall-għajnuna kemm jista’ jkun malajr mhuxn ipposponi sakem naraw x’jiġri. Parir hu li meta għandek drowning meta isir ir-rescue mill-ewwel ċemple għajnuna fuq 112.”

Is-sur Abela Fiorentino appella biex aktar nies jieħdu korsi fl-ewwel għajnuna. Qal li d-Dipartiment tal-Infermiera joffri kors full time u anke part-time għal degree.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar