Teknoloġija
Kif nistgħu nevitaw milli niġu fraped?

Meta individwu b’intenzjonijiet ħżiena jaċċessa l-kont ta’ Facebook ta’ xi ħadd mingħajr permess ikun qiegħed jagħmel fraping. F’ħafna mid-drabi il-vittma forsi b’nuqqas ta’ attenzjoni jħalli l-kont tal-midja soċjali tiegħu miftuħ filwaqt li jillarga ruħu minn quddiem il-kompjuter. B’dan il-mod ikun qiegħed jagħti aċċess totali tal-paġna personali tiegħu lil kull min juża l-kompjuter warajħ. Eżempji ta’ fraping jinkludu; tibdil tar-ritratt tal-profil, tibdil fl-interessi sesswali, dikjarazzjonijiet foloz eċċ.

Għalhekk huwa kruċjali li dejjem noħorġu mill-kontijiet tal-midja soċjali qabel nitilqu minn ħdejn il-kompjuter konċernat. Qatt ma għandna nitilqu minn quddiem il-kompjuter jekk il-kontijiet personali tagħna jkunu miftuħin. Nistgħu wkoll nagħmlu użu minn password biex nipproteġu l-ismartphones jew tablets.

Kun frape free billi toħroġ mill-kont personali tiegħek!