Mużika
Kif niżel man-nies X Factor Malta tal-bieraħ?

It-taqtigħa bejn il-kategorija tat-tfajliet, ilbieraħ, jidher li niżlet pjuttost tajjeb mal-pubbliku. Li ma niżilx tajjeb, litteralment, huwa Ben Camille, bħalma jidher fil-filmat t’hawn taħt. Fil-fatt, il-waqgħa tal-preżentatur ta’ X Factor Malta minn fuq l-istage taċ-Chair Challenge tinsab fuq fomm kulħadd dalgħodu.

Il-programm tal-bieraħ, fost l-oħrajn, spiċċa wkoll fost il-bosta temi li sa minn sbieħ il-jum Carlo Borg Bonaci, Gordon Bonello u Anna Vella jqajmu ta’ kuljum fuq Magic Malta 91.7 waqt Carlo’s Breakfast Cafe.

Gordon, li huwa producer ta’ X Factor Malta, saħaq li għall-kuntlarju ta’ dak li wħud setgħu ħasbu, il-waqgħa ta’ Ben kienet “waqgħa onesta” u allura ma kinitx ippjanata minn qabel.

Lil hinn mill-prestazzjonijiet tal-kantanti, waqt il-breakfast show ta’ dalgħodu, ma naqsux il-kummenti fuq il-ġurija.

Anna u Gordon, fost l-oħrajn, qablu li Alexandra Alden tħobb tkun onesta, bla kantunieri u dak li tħoss tgħidu, u mhux ta’ b’xejn, ħafna drabi, tgħid x’tgħid, tispiċċa taqlagħha m’għand in-nies.

Ira Losco, min-naħa l-oħra, skont Anna, ma tħobbx tkun diretta hekk kif qabel tiġi għas-si u n-no, tħobb iżżiegħel ftit b’dak li jkun qabel tivvaluta bis-sħiħ dak li tkun għadha kemm rat.

U nhar il-Ħadd iċ-Chair Challenge tkompli. Din id-darba jmiss ‘il-kategorija ta’ Howard, il-gruppi.

Segwi X Factor Malta eżatt wara l-aħbarijiet tat-8.00pm fuq TVM.

Ara wkoll:

ARA: Il-mument li Ben Camille waqa’ minn fuq il-palk

Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju

Twieled u trabba l-Belt Valletta. Fl-imgħoddi kienet l-hena tiegħu jieħu sehem fid-drammi tal-Ġimgħa l-Kbira. Wara kors fid-drama, bil-mod il-mod, beda jieħu sehem f’diversi produzzjonijiet televizivi, fosthom ‘Deċeduti’ u ‘Qlub Imweġġgħa’,…

Mużika

Nazzareno Alessandro Micallef, magħruf bħala Renato, miżżewweġ liż-żeffiena popolari Alison White. Iżda, kif iltaqgħu? U, l-interess lejn xulxin kien reċiproku sa mill-bidu? Renato u Alison iltaqgħu f’lukanda fi fjur żgħożithom,…

Saħħa

Madwar tmien snin ilu, waqt li l-artist Malti Alan Azzopardi kien fuq btala, għajn minnhom bdiet tkiddu. Alan beda jara mċajpar, u aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, għajnu aktar bdiet…

Aktar