Lokali
Kif qed tgħix dan iż-żmien? Żomm djarju u għaddieh lill-Arkivju Nazzjonali

Kull persuna għandha storja x’tirrakkonta. F’pandemija bħal dik li qed ngħixu, kulħadd jintlaqat b’mod jew b’ieħor u kulħadd għandu il-perspettiva tiegħu.

M’hemmx dubju li l-COVID19 se tħalli timbru fis-socjetà u fil-kotba tal-istorja bħal ġrajjiet oħra medici fosthom l-episodji tal-pesta, l-influwenza Spanjola u d-deni irqiq li kien prevalenti f’Malta fis-seklu l-ieħor.

L-Arkivji Nazzjonali qed jistieden lil pubbliku biex permzz ta’ djarju jikteb l-esperjenza u r-rakkonti tiegħu tal-pandemija li tkun parti mill-istorja tan-nies. L-arkivista ewlieni Charles Farrugia qal li din l-istedina hija biex fl-istorja tinkiteb ukoll min għajnejn in-nies u mhux biss minn dak li sar mill-awtoritajiet f’din il-kriżi medika.

“L-idea hi li kemm jistà jkun f’dawn il mumenti li għaddejjin minnhom naqbdu l-emozzjonijiet tan-nies, li għaddej minnu il-poplu hemm barra u niddokumentawh,” qal l-arkivista ewlieni Charles Farrugia.

Dr Farrugia qal li l-istil ta’ kif isir dan id-djarju hu f’idejn l-individwu, iżda ħeġġeġ biex dan ikun fih anke ritratti u esperjenzi personali.

“Per eżempju kif qed tiġi aġġustata il-ħajja ta’ dak li jkun. Għandek nies li kienu jaħdmu li mhux jaħdmu, għandek nies li bidlu l-operat ta’ kif jaħdmu, għalliema li filli kienu qed jgħallmu fil-klassi u f’daqqa waħda kellhom jaġġustaw biex jgħallmu b’mod virtwali. Dawn it-tibdiliet, li uħud jistgħu jkunu pożittivi, pero kien hemm stress fuq in-nies, nixtiequ li joħorġu fil-kitbiet ta’ dak li jkun,” kompla Dr Farrugia.

Meta igelbu s-snin, dawn id-djarji spejga Dr Farrugia ikun fonti ta’ informazzjoni għar-riċerkaturi u għall-istorja medika u soċjali tal-poplu Malti waqt din il-pandemija.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista ippreżenta tmien proposti bħala parti minn patt soċjali li jindirizzaw il-konsegwenzi tal-Covid-19 fuq il-familji. Il-viċi Kap tal-partit għall-affarijiet tal-parlament, David Aguis ippropona għajnuniet għall-persuni vulnerabbli biex ikollhom impjiegi…

COVID-19

Iż-żamma tad-distanza soċjali, l-iġjene u l-ilbies tal-maskri huma l-miżuri ewlenin ta’ prekawzjoni mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa li jridu jkomplu jiġu segwiti anke meta nhar il-Ġimgħa jispiċċaw bosta restrizzjonijiet. Il-Ministeru tas-Saħħa qal…

Infrastruttura

Infrastructure Malta rċeviet sitt offerti għall-ewwel fażi tal-proġett biex twassal sal-mollijiet fil-Port il-Kbir biżżejjed provista tal-elettriku biex cruise-liners u vapuri oħra jkunu jistgħu jitfu l-magni meta jkunu sorguti mal-mollijiet. L-attivita’…

Aktar