Kif se jiġi affettwat il-kummerċ minn u lejn ir-Renju Unit minn Marzu li ġej?

Mit-30 ta’ Marzu 2019, ir-Renju Unit mhux se jibqa’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u għalhekk, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet kollha minn u lejn ir-Renju Unit jirrikjedu dikjarazzjoni tad-Dwana fis-sistemi elettroniċi.

Fi stqarrija, id-Dwana appellat lill-operaturi li se jiġu affetwati b’dan biex jirreġistraw mad-Dwana u jiksbu l-Economic Operator Registration Identification Number (EORI) billi jibgħatu email fuq [email protected] jew iċemplu fuq 25685121.

L-operaturi huma mħeġġa wkoll japplikaw għal training dwar l-użu tan-National Import System u n-National Export System billi jimlew formoli u jibgħatuhom bl-email lil [email protected] L-applikazzjonijiet għandhom jintbgħatu sat-18 ta’ Frar 2019.

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb minn https://customs.gov.mt/bus/economic-operators-registration-identification

Aħbarijiet Oħra
Politika

Fuq Net Television illejla Dr Adrian Delia sostna li huwa ser jibqa’ jmexxi lill-Partit Nazzjonalista. Sostna li wara l-vot tad-deputati rċieva eluf ta’ messaġġi jagħmlulu kuraġġ biex ikompli bil-ħidma li…

Statistika

Id-daqqa tal-pandemija nħasset fl-oqsma ekonomiċi, mhux l-inqas in-negozji żgħar u medji, l-iktar il-ħwienet. Stħarriġ tal-Malta Chamber of SME’s juru li l-ikbar tħassib għan-negozji kien in-nuqqas fil-bejgħ. Stħarriġ online li għamlet…

Edukazzjoni

Bejn Marzu u Ġunju, bl-iskejjel magħluqa minħabba l-Covid-19, mal-elf u mitt tifel u tifla ġew mgħejjuna mill-Malta Trust Foundation b’servizz ta’ counselling għalihom u għall-ġenituri tagħhom. Counsellors professjonali qalu lil…

COVID-19

Il-Kumpanija Gozo Channel Operations Limited fi stqarrija fakkret lill-pubbliku li l-ilbies tal-maskri huwa obbligatorju. L-ilbies tal-maskri baqa’ obbligatorju kemm fit-terminals kif ukoll fuq il-vapuri kollha.

Aktar