Brexit
Kif se jintlaqtu l-mediċini bi Brexit?

Malta qed tħejji ruħha għal Brexit anke jekk ikun mingħajr ftehim. Fost l-oqsma li jistgħu jintlaqtu huwa s-suq tal-mediċini li kien jiddependi ħafna mill-provisti mill-Ingilterra fost oħrajn minħabba li tagħrif mediċinali kien ikun bl-Ingliż.

Fl-aħħar xhur beda proċess biex is-suq tal-medicini f’Malta ikun affettwat mil-inqas mil-ħruġ tar-Renju Uniti mill-Unjoni Ewropea minħabba li Malta kienet tixtri ħafna mill-mediċini mill-Ingilterra.

Reggie Fava, importatur lokali tal-mediċini, qal lil TVM li ma jidhirx li se jkun hemm problemi għax sar ix-xogħol neċessaju mill-Awtorità tal-Mediċini.

“Il-Maltin huma very enterprising people u aħna nġibu mediċini, tista’ tgħid mid-dinja kollha. Ovvjament l-marki prinċipali jiġu mill-Ewropa. U la l-Ingilterra ħierġa mill-UE saru l-arranġament kollha biex kollox jibqa’ miexi għan-normal” qal Fava.

Is-Sur Fava serraħ ras il-konsumaturi anke dwar il-prezzijiet tal-mediċini wara Brexit.

Reggie Fava qal “kollox se jiqba’ miexi normali kif inhu u mhu se jkun hemm l-ebda differenza fil- prezzijiet fejn jidħlu l-mediċini … fejn jidħlu mediċini aħna m’għandniex VAT, eżentati u ċert għalhekk li kollox se jibqa kif inhu”.

Iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Mediċini, l-Professur Anthony Serracino Inglott qal lil TVM li l-Awtorità se tiddiskuti mal-Kummissjoni Ewropea d-direttiva li tesiġi li l-mediċini fis-suq lokali jkollhom l-informazzjoni mediċinali bil-Malti jew bl-Ingliż.

Il-Professur Anthony Serracino Inglott qal “għall-aħħar tax-xahar għandna se niltaqgħu mal-Kummissjoni Ewropea se niddiskutu aspetti speċifiċi kif jolqtu lil Malta minħabba l-Brexit biex naslu fi ftehim li waqt li nassiguraw li jkollna l-aqwa kwalita ta mediċini, l-aċċessibilità tal-Maltin għal mediċini ma tonqosx”.

Il-Professur Serracino Inglott qal li bil-Brexit, l-Awtorità sabet niċċa b’aktar opportunitajiet.

“Mediċini li huma reġistrati l-Ingilterra jibdew jiġu reġistrati Malta. Qed naħdmu sew biex nirreġistraw kemm jista jkun mediċini” qal il-Professur Anthony Serracino Inglott.

TVM huwa infurmat li anke l-Ministeru tas-Saħħa ħa passi biex jiżgura provisti adegwati ta’ mediċini biex ma tinħoloqx skarsezza f’każ ta’ Brexit mingħajr ftehim.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar