Kurżitajiet
Kif tarma s-siġra tal-Milied? Taf qed tarmaha ħażin…

Hekk kif riesaq il-Milied, ħafna jieħdu gost jarmaw il-presepju u s-siġra tal-Milied. L-armar tal-Milied jaf iqajjem kontroversja hekk kif mitt bniedem mitt fehma.

Is-siġra tal-Milied taf tħabbtek ftit mhux ħażin biex tarmaha, speċjalment fejn jidħol id-dawl.

Kif għandek tarma d-dawl? Ħafna l-hena tagħhom li joqogħdu jduru mas-siġra u jdawru l-fustun tad-dawl magħha.

Madankollu din it-teknika ma tinżilx tajjeb ma’ kulħadd hekk kif disinjatur qed jisħaq li dan il-metodu, li aktarx kulħadd trabba bih, mhux tajjeb.

Huwa jispjega li ħafna jibdew jarmaw il-fustun mill-qiegħ tas-siġra u jibqgħu tilgħin ’il fuq. Madankollu skont id-disinjatur Franesco Bilotto dan mhux tajjeb u d-dawl għandu jintrama b’mod vertikali mas-siġra.  Dan hek kif skontu l-mod tradizzjonali jtellef ħafna mill-effetti tad-dawl, minħabba li partijiet mill-fustun jintilfu qalb il-friegħi tas-siġra.

Bilotto jispjega li wieħed irid jarma s-siġra billi jibda mill-ponta ta’ fuq tas-siġra u jibqa’ nieżel dritt sa isfel, jimxi tlieta jew erba’ pulzieri u jerġa’ jitla’ ’l fuq. Wieħed jibqa’ sejjer hekk sakemm jimla’ s-siġra bid-dawl.

Madankollu, din l-idea ma niżlitx tajjeb ma’ kulħadd u jixtieq jibqa’ jarma s-siġra bħal kif jarmaha minn dejjem.

Inti x’taħseb? Kif tippreferi tarma s-siġra tal-Milied?

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Richard Edwards jgħid li l-ewwel bikja ta’ ibnu kienet l-isbaħ mużika għal widnejh. Iċ-ċkejken Benjamin twieled jumejn ilu wara ħafna stennija u b’ħafna ferħ, missieru Richard Edwards ħabbar l-aħbar fuq…

Barranin, Kurżitajiet

Id-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton normalment dejjem tadatta x’tilbes skont fejn tmur.  Iżda l-libsa li kellha fl-avveniment tal-bieraħ meta attendiet għall-unuri tal-aħjar films u programmi televiżivi fl-Ingilterra, magħrufa aħjar bħala…

Kurżitajiet

Ix-xjentisti qed jagħmlu passi ’l quddiem fil-qasam tat-testijiet bijoloġiċi biex wieħed jintebaħ jekk uliedu jbatux mill-awtiżmu. Dan permezz ta’ testijiet tad-demm u tal-urina. L-istudju tagħhom eżamina tfal bi u mingħajr…

Kurżitajiet

Qassis fi Spanja ma ndunax li kien qiegħed iżewweġ 2 tfajliet. Iż-żwieġ sar fl-1901 fil-Knisja San Jorge, f’A Coruña fi Spanja. Iż-żwieġ bejn Elisa u Marcela huwa l-unika żwieġ bejn…

Aktar