Teknoloġija
Kif tinduna li ‘website’ hija ‘safe’?

Minn sena għall-oħra, it-teknoloġija mxiet ‘il quddiem ġmielu u fost il-bosta benefiċċji li ġabet magħha hemm dak tax-xiri onlajn. Fi ftit kliem, meta għandna bżonn nixtru xi ħaġa, jekk hux ħwejjeġ jew xi rigal, fejn qabel kont tqatta’ nofs ta’ nhar iżżur il-ħwienet għax ma kellekx għażla oħra, illum tista’ tinqeda mill-kumdità ta’ darek mingħajr ma għandek għalfejn toqgħod tinqala’. Tagħżel li jogħġbok, tlesti l-card tal-bank, iddaħħal id-dettalji li hemm bżonn u barra bid-daqq.

Madanakollu, bħal kull ħaġ’oħra, ix-xiri onlajn fih it-tajjeb u l-ħażin tiegħu. Fost l-oħrajn, meta niġu biex inħallsu, jista’ jagħti l-każ li jkun hemm xi ħadd li jkun qed jinterċetta l-informazzjoni li tkun għaddejja.

B’rabta ma’ dan is-suġġett, il-MITA qed tisħaq sabiex noqogħdu b’seba’ għajnejn, speċjalment meta hemm il-flus fin-nofs.

U allura, x’nistgħu nagħmlu? Qabelxejn, website sigura tagħrafha għax tkun tibda b’https u jkollha s-simbolu tal-katnazz. Barra minn hekk, bl-online banking, wieħed jista’ jitlob li jiġi avżat kull darba li juża l-card permezz ta’ e-mail jew sms biex b’hekk ikollu rendikont aktar ċar tal-flus li ħerġin.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-kandidat għal President Amerikan, Pete Buttigieg, qal li Malta hija pajjiż sabiħ, u ħeġġeġ lil għadd ta’ votanti li kien qed jitkellem magħhom biex iżuruh. Waqt taħdita mal-votanti, Buttigieg tkellem…

Ikel

Skiet taqtgħu b’sikkina, arja friska u ġonna li jpaxxu l-għajn. Qalb is-swali statali u l-Ġonna Pubbliċi tal-Palazz ta’ Sant’Anton, kull sena l-Malta Community Chest Fund bħalissa torganizza l-Festa taċ-Ċitru, hekk…

Kurżitajiet

Din il-pupa transgender qajmet diskussjoni sħiħa f’Novosibirsk, fis-Siberja wara li ntlemħet għall-bejgħ f’ħanut tal-ġugarelli. Huwa maħsub li din il-pupa hija l-ewwel pupa transgender li qatt ħarġet għall-bejgħ fir-Russja. Fl-2018, fl-Arġentina kienet…

Barranin

Hekk kif it-taqtiegħa għall-elezzjoni tal-Presidenza tal-Istati Uniti tinsab fl-aqwa tagħha, f’dibattitu bejn il-kandidati tal-Partit Demokratiku ġiet innutata tpinġija mhux tas-soltu fuq id wieħed mill-kandidati, impinġija bil-biro. Fuq idu x-xellugija ġie…

Aktar