Barranin, Kurżitajiet
Kif tista’ ta’ 80 sena tibqa’ tħossok ta’ 20?

L-eżerċizzju f’età avvanzata jista’ jipprevenilek is-sistema immunitarja milli tidgħajjef u jipproteġik minn xi marda.

Xjentisti ooservaw lil 125 ċiklisti, uħud minnhom għandhom 80 sena u sabu li s-sistema immunitarja tagħhom għadha dik ta’ 20 sena.

Prof. Norman Lazarus, li għandu 82 sena u li kien parti minn din ir-riċerka, qal li kieku l-eżerċizzju kien pillola kulħadd jeħodha. Dan għax qal li l-eżerċizzju fih ħafna benefiċċji fuq il-ġisem, il-moħħ, il-muskoli u s-sistema immunitarja.

Prof. Janet Lord, waħda mill-awtriċi tal-istudju li ġie ppubblikat fil-ġurnal Aging Cell, qalet li s-sistema immunitarja tibda tidgħajjef b’rata ta’ 2-3% fis-sena wara li ngħalqu 20 sena u għalhekk l-anzjani huma aktar suxxettibli għall-mard.

Qalet li peress li ċ-ċiklisti permezz tal-eżerċizzju għandhom is-sistema immunitarja ta’ 20 sena u mhux ta’ 70 jew 80 sena huma għandhom aktar protezzjoni kontra l-mard.

Ir-riċekaturi sabu li ċ-ċiklisti jipproduċu T-cells daqs n-nies li għandhom 20 sena. Dawk l-anzjani inattivi jipproduċu ftit T-cells.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji Messikani spiċċaw biex immarkaw fuq l-apparat li jkejjel it-terremoti. Tant qabżu bil-ferħ il-partitarji lbieraħ li l-apparat li jimmarka l-qawwa tat-terremoti, immarka bħallikieku seħħet theżżiża. Il-Messiku rebaħ 1-0 kontra…

Barranin

Il-plejer Eġizzjan Mohamed Salah iċċelebra għeluq sninu f’Ċeċnija hekk kif flimkien mat-tim tiegħu, jinsab ir-Russja għat-Tazza tad-Dinja 2018. Minkejja li l-ġurnata t’għeluq sninu ma bdietx bit-tajjeb wara li l-Eġittu tilef kontra…

Barranin

Il-Prinċep Kambodjan u eks Prim Ministru Norodom Ranariddh u martu Ouk Phalla kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku ikraħ huma u sejrin għal attività politika. Il-Prinċep u martu ttieħdu l-isptar b’urġenza wara li taxi…

Barranin

Il-politiku konservattiv Ivan Duque ġie elett President tal-Kolumbja. Bil-voti kważi kollha magħduda, Duke ġab 54% tal-voti filwaqt li r-rival tiegħu Gustavo Petro ġab 42%. Ir-riżultat qed iqajjem tħassib dwar il-ġejjieni…

Aktar