Barranin
Kif tista’ tagħmel id-dieta mingħajr ma taqta’ z-zokkor

Sa ftit ilu, ix-xaħam kien l-agħar ingredjent għal min irid jagħmel id-dieta; qabel kien il-melħ; u issa z-zokkor!

Ħafna huma dawk li jibdew id-dieta u mill-ewwel jevitaw li jieklu ikel biz-zokkor, bħalma huma l-għasel, il-luminati, il-ħelu u anke xi frott fosthom il-banana.  Xi dieti saħansitra jirrakomandaw li wieħed jelimina jew jirrestrinġi l-prodotti tal-ħalib ukoll.

Esperti tan-nutrizzjoni jinnutaw li l-konsum eċċessiv taz-zokkor jista’ jwassal għall-obeżità u għalhekk qed jiżdied ir-riskju tad-dijabete type 2, mard tal-qalb u xi mard tal-kanċer.

Iżda hawn min ma jaqbilx li wieħed għandu jiċċaħħad kompletament miz-zokkor għax mhux tajjeb għall-moħħ.  Ir-riċerka turi li l-moħħ jinterpreta d-dieta bħala ġuħ u għalhekk jaħżen ix-xaħam f’każ li jiġi nieqes minnu fil-futur.  Id-dieta tista’ tkun stressanti, toħloqlok ansjetà u dipressjoni.

Hemm min saħansitra jiġi ossessjonat bl-ikel li jiekol u jibda jibża jiekol ċertu ikel.  Bejn 7% u 58% tan-nies jista’ jkun li għandhom din il-kundizzjoni, iżda li huwa żgur li 15% tan-nisa huma l-iktar li jġarrbu din il-problema xi darba f’ħajjithom.

Huwa ssuġġerit li flok tiekol ikel mielaħ jew ħelu, l-aħjar alternattiva hija li tiekol ikel pikkanti.

Li huwa żgur li l-ikel li tiekol jikonsisti l-iktar fi frott u ħaxix, u darba kultant forsi tippermetti li tiekol xi ħaġa tal-ħelu biex lil moħħok titrażmettilu li għandek relazzjoni tajba mal-ikel mhux li tibża minnu!

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Pulizija qed ifittxu l-moħħ wara l-isparaturi li seħħew ilbieraħ filgħaxija f’Philadelphia li ħallew student maqtul u 7 oħra midruba. L-isparaturi seħħew f’festin tal-gradwazzjoni fejn kien hemm madwar 60 persuna bil-pulizija…

Barranin

Student u attivist magħruf minn Hong Kong, Joshua Wong, sejjaħ għar-riżenja tal-mexxejja Carrie Lam, wara li nħeles mill-ħabs. L-istudent huwa sinonimu mal-protesti li seħħew f’Hong Kong lura fl-2014 liema dimostrazzjonijiet…

Barranin

Żewġt irġiel akkużati li ppużaw tal-attur Amerikan Geroge Clooney biex jippromwovu negozju tal-moda ġew arrestati fit-Tajlandja wara snin maħruba. Iż-żewġt irġiel, Francesco Galdelli ta’ 58 sena u Vanja Goffi, ta’…

Reliġjon

Il-Papa Franġisku kkonċelebra quddies fil-belt ta’ Camerinom fiċ-ċentru tal-Italja li ntlaqat b’terremot fl-2016. Il-Papa tkellem mar-residenti li għadhom sal-lum ibatu l-konsegwenzi tat-terremot. Huwa qalilhom li jinsab viċin tagħhom u dejjem…

Aktar