Kurżitajiet
Kif tista’ takkwista dar b’xejn?

Il-Malti jgħid li ħadd ma jagħtik xi ħaġa għal xejn. Biss din id-darba jista’ jkun li ma japplikax il-qawl, kliem ix-xiħ żomm fih għax fil-Ġappun qed jagħtu d-djar b’xejn.

Dan hekk kif il-Ġappun qiegħed jaffaċċja problema rari dik li għandu ħafna aktar djar milli nies jgħixu fihom. Jidher li ż-żgħażagħ qed iħallu ż-żoni rurali u jmorru jgħixu fl-ibliet minħabba x-xogħol u għalhekk iż-żoni tal-kampanja qed jispiċċaw vojta. Dan jista’ jwassal biex sal-2040 mad-900 villaġġ fil-Ġappun jispiċċaw darba għal dejjem.

Fost dawn il-villaġġi hemm Okutama. Għalhekk l-inizjattiva li jingħataw id-djar b’xejn taf tgħin biex dawn il-villaġġi jibqgħu ħajjin.

Skont il-Japan Policy Forum fl-2013, kien hemm mal-61 miljun dar u 52 miljun persuna biss li għandhom dar tagħhom u aktar ma jmur is-sitwazzjoni aktar qed tiggrava. Madankollu l-popolazzjoni fil-Ġappun mistennija taqa’ drastikament sal-2065 minn 127 miljun persuna għal 88 miljun.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Bradley Welsh, boxer, futboler, u attur Skoċċiż, inqatel fi sparatura f’Edinburgh. Bradley, li kellu 42 sena, kien ħalla l-isports warajh biex daħal fid-dinja taċ-ċinema. Huwa kien wieħed mill-atturi ewlenin fil-film…

Barranin

Nusrat Jahan Rafi ngħatat in-nar fl-iskola fejn tattendi f’Bangladesh ġimgħatejn wara li għamlet rapport li ġiet ifastidjata sesswalment mill-kap tal-iskola tagħha. Il-mewt tat-tfajla qanqlet reazzjoni hekk kif ħareġ fid-deher il-vulnerabilità…

Saħħa

Il-pilloli li jittieħdu biex jitbaxxa l-kolesterol jista’ jkun li ma jaħdmux sew fuq nofs il-pazjenti li jieħduhom. Riċerka li saret fir-Renju Unit fost 165,000 pazjent turi li l-pilloli tat-tip statins…

Aktar