Barranin
Kif tista’ tgawdi l-festi mingħajr hangover

Issa li qed joqrob l-istaġun festiv u l-istediniet għall-festini jibdew jiżdiedu, min iħobb ilegleg xi grokk ikun jixtieq li kieku jkun jista’ jixrob mingħajr ma jispiċċa b’hangover l-għada.

Ditta multinazzjonali tas-supermarkets diġà ħasbet għal dawn is-sitwazzjonijiet, tant li ndikat li għandha s-soluzzjoni għal min iħobb l-għenba iżda ma jridx li jqum b’uġiegħ ta’ ras jew dardir fl-istonku l-għada filgħodu.

Dan hekk kif ħareġ fis-suq prosecco organiku li matul il-proċess tal-produzzjoni jintużaw livelli iktar baxxi ta’ sulphites.  Dan huwa likwidu aċiduż bi traċċi ta’ melħ li normalment jikkawża l-hangover meta persuna tkun allergika għalih.

Madanakollu, għalkemm jidher li din ix-xarba alkoħolika tista’ tkun is-soluzzjoni, fir-realtà l-affarijiet ma jkunux daqshekk sempliċi.  Esperti fil-qasam huma tal-fehma li veru forsi hawn min se jkollu inqas effetti ta’ hangover b’din ix-xarba organika, iżda xorta jisħqu li wieħed għandu jikkonsma inqas alkoħol biex ma jqumx ħażin l-għada filgħodu.

Riċerka li saret fir-Renju Unit turi li ma tantx hawn rimedji biex wieħed ma jkollux hangover jekk jixrob ħafna alkoħol.  Madanakollu jirrakkomandaw li bejn grokk u ieħor tal-alkoħol għandu jinxtorob l-ilma, m’għandux jittieħed alkoħol fuq stonku vojt u qatt tixtri round lil sħabek kollha għax hemm tendenza li tikkonsma iktar alkoħol matul is-serata.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġt aħwa Ċeki huma meqjusa bħala mitlufin minn Ambert Alert Europe. Dan wara li skont il-Pulizija Ċeka aktarx inħatfu mill-ġenituri tagħhom. It-tfal huma Leonard Lackó u David Lackó,  żewġt aħwa ta’ erba’…

Barranin

L-uragan Ophelia ħalla żewġ persuni mejta meta ħabat b’qawwa kbira fuq l-Irlanda. Mara ta’ 50 sena u raġel ta’ 30 sena kienu l-ewwel vittmi ta’ din il-maltempata kbira bi rwiefen…

Barranin

Fl-Awstrija mistenni li jinħatar l-iżgħar Kaniċillier li qatt ġie elett.  Dan hekk kif huwa previst li l-konservattivi tal-Partit Popolari, li huwa mmexxi minn Sebastian Kurz ta’ 31 sena, rebħu l-elezzjoni ġenerali….

Barranin

Fis-Somalja, bomba fil-belt kapitali Mogadishu qatlet 230 ruħ u ħalliet mijiet midruba. Il-bomba ġiet ikkawżata minn trakk li kien mimli splussivi li waqt li sploda baqa’ dieħel fid-daħla ta’ lukanda….

Aktar