Knisja Maltija
Kif tista’ tgħin lill-missjunarji fil-Perù, Pakistan u l-Filippini?

Fi ftit tal-jiem oħra jingħata bidu għas-sittax-il maratona ta’ Oħloq Tbissima. Id-Direttur taċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja, Fr Louis Mallia, spjega li fl-aħħar ħmistax-il sena, is-Soċjetà Missjunarja ta’San Pawl bil-flus li nġabru f’din il-maratona għamlu diversi proġetti soċjali fil-Perù, fil-Filipini u fil-Pakistan u anke f’Malta.

F’Dar San Ġużepp f’Santa Venera jinsab fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet għas-sittax-il edizzjoni tal-maratona Oħloq Tbissima.Fil-maratona ta’ sittin siegħa xandir se jinġabru fondi b’risq il-missjunarji tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fil-Perù, fil-Pakistan u l-Filippini.

Din is-sena qed tiġi ċċelebrata l-50 sena mit-twaqqif tal-missjoni fil-Perù. Kif spjega d-Direttur taċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja, Fr Louis Mallia, il-fondi li tul l-aħħar 15-il sena nġabru għall-missjoni fil-Perù marru għat-twaqqif ta’ ċentri ta’ matul il-jum għat-tfal , kċejjen tal-komunità biex familji fqar f’dan il-pajjiż tal-Amerika t’isfel ikollhom diċenti almenu darba kuljum , ċentri tas-saħħa li jipprovdu kura b’xejn lil dawk li ma jifilħux iħallsu għal kura li jkollhom bżonn.

Fil-Filippini Fr Joe Cremona qed jgħin lil ħafna nies li jgħixu f’faqar kbir. Itihom il-ħwejjeġ, ir-ross u għaqqad ukoll orkestra ta’ tfal bniet u subien li qabel kienu jiġġerrew mat-toroq minflok li jmorru l-iskola.

Fil-Pakistan l-istorja hija differenti minħabba li fil-maġġoranza tagħhom in-nies huma Musulmani u għalhekk il-patrijiet tal-MSSP kulma jistgħu jagħmlu hu li jedukaw lit-tfal u ż-żgħażagħ bl-għan li ‘l quddiem isibu fejn jaħdmu.

Bħal dejjem id-donazzjonijiet li jinġabru minn Oħloq Tbissima jmorru wkoll għal Dar San Ġużepp f’Santa Venera fejn bħalissa hemm 15-il tifel fl-etaijiet bejn 8 sa iżjed minn 20 sena.

Fr Louis Mallia qal li “proġett ta’ sentejn li jrid jimxi ma’ dawn it-tfal li aħna propju qed nieħdu ħsieb b’tant għożża u li jrid jimxi magħhom fi storytelling, qisu edukazzjoni alternattiva li jgħinnhom jiskopru lilhom infushom iżjed. jiġifieri l-idea tagħna hi li jgħidu l-istorja, ikunu kapaċi jidħlu bl-għajnuna ovvjament fid-drama, filming, editing, u finalment l-istorja tkun kompluta u li għalihom tfisser ngħollulhom ftit il-livell, self esteem, personalità aħjar, jiġifieri l-idea li ngħinnhuhom jimxu ‘l quddiem għall-ħajja aħjar.”

Il-maratona Oħloq Tbissima se tbda nhar il-ġimgħa u tintemm il-Ħadd li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Caven Cutajar ta’ 48 sena miż-Żurrieq wieġeb mhux ħati ta’ akkużi ta’ vjolenza domestika kontra s-sieħba tiegħu fosthom biża’ li ser tintuża vjolenza kontra tagħha u li ħebb għaliha. Il-prosekuzzjoni…

Qorti

Emanuel Cini ta’ 68 sena tressaq il-Qorti akkużat li darab ħafif lill-ex sieħba tiegħu li tgħix fl-istess blokka ta’ appartamenti f’Birkirkara, li kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza kontra tagħha,…

Qorti

Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Alfred u George Degiorgio u Angelina Pop akkużati b’ħasil ta’ flus. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud xehdu diversi rappreżentanti ta’ kumpaniji tal-assikurazzjoni li taw rendikont…

Qorti

Tressaq il-Qorti Charlot Gauci li kien ilu li għeb għal dawn l-aħħar sentejn u jinsab akkużat li ffroda €16,000 lil Luigi Susino u Catherine Zammit. F’dawn is-sentejn Gauci qatt ma…

Aktar