Barranin
Kif tista’ tgħix aktar kuntent?

L-eżerċizzju fiżiku b’mod regolari, li jtul 45 minuta bejn 3 u 5 darbiet fil-ġimgħa jgħin lis-saħħa mentali. Mandakollu jekk wieħed jeżaġera jaf jxekkel il-benefiċċju tal-eżerċizzju.

Dan ħareġ minn studju li sar fl-Istati Uniti fejn 1.2 miljun persuna rrapportaw l-attività fiżika tagħhom għal xahar sħiħ u taw estimu dwar is-saħħa mentali tagħhom. L-istudju sab li dawk li ma tantx jagħmlu eżerċizzju jkollhom aktar ġranet deskritti bħala ħżiena minn dawk li jagħmlu l-eżerċizzju. Fil-fatt l-isportivi kellhom attitudni aktar pożittiva lejn il-ħajja.

Kull tip ta’ eżerċizzju jagħmel tajjeb għas-saħħa irrispetivament l-età u x’wieħed jagħmel fil-ħajja ma tagħmilx differenza.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Telgħu għal 43 il-vittmi tat-traġedja li seħħet f’Genova nhar it-Tlieta meta ġġarrfet parti sostanzjali tal-ponte Morandi. Is-Sibt sar il-funeral statali ta’ 19 minn dawn il-vittmi. TVM tkellem ma’ żagħżugħa minn…

Ikel

Restaurant fil-Ġermanja pprojbixxa li jidħlu tfal taħt l-14-il sena wara l-5pm biex l-adulti jieklu fil-paċi. Oma’s Küche, li tfisser il-kċina tan-nanna, ħa din id-deċiżjoni biex il-klijenti li jmorru jieklu, iqattgħu…

Barranin

Meqjus bħala wieħed mill-iktar diplomatiċi ewlenin fid-dinja u l-ewwel Afrikan ta’ ġilda skura li laħaq Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Kofi Annan miet fl-età ta’ 80 sena. Huwa miet l-Iżvizzera wara…

Barranin

Funeral statali illum għal tmintax-il vittma tat-traġedja tat-tiġrif tal-pont Morandi f’Genova it-Tlieta li għadda. Preżenti għall-funeral statali se jkun hemm il-President Taljan Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Giuseppe Conte. S’issa…

Aktar