Lokali
Kif tista’ tieqaf tpejjep?

Bejn wieħed u ieħor persuna minn kull ħamsa f’Malta jpejpu.

Waqt il-programm TVAM, l-Infermier Joseph Grech spjega li wieħed jibda jpejjep b’esperimentazzjoni mbagħad jibqa’ jpejjep minħabba l-istress u għax isir dipendendi fuq in-nikotina.

Qal li huma ħafna minn dawk li jpejpu li f’xi mument ħasbu li jieqfu jpejpu. Qal li ħafna jieqfu jpejpu minħabba s-saħħa imma hemm ħafna li jkollhom raġunijiet oħra, fosthom kien hemm mara li waqfet tpejjep għax kienet tħossha mdejqa minħabba li hi dipendendi fuq is-sigaretti.

Spjega li n-nikotina hija ħażina u qal li l-użu tagħha fil-pjanta hu li tkeċċi l-insetti.

Li jiżdiedu t-taxxi fuqhom u li jkun hemm ċerti stampi fuq il-pakkett, Grech qal li jgħinnu biex wieħed ma jpejjipx.

Matul l-intervista huwa jitkellem ukoll dwar il-metodi li hawn biex wieħed jieqaf ipejjep:

Ara l-intervista sħiħa li saret fuq TVAM f’TVMi.  TVAM jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7am.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Politika

L-aħħar dwell politiku bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin f’dibattitu televiżiv kien mill-aktar ċivili bil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jesponu l-argumenti tagħhom li jirribattu b’korteżija l-argumenti ta’…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin, il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. F’attività politika fil-Mosta, Dr Delia qal li…

Aktar