Kurżitajiet
Kif tista’ tnaqqar u ma teħxienx meta tifjakka fuq ix-xogħol?

F’ġurnata bieżla għax-xogħol mhux faċli ssib xi ħaġa ta’ malajr għal taħt snienek meta tifjakka. Anki jekk tkun preparajt jew xtrajt ikla bnina, xorta waħda hemm ċans li jaqbdek il-ġuħ qabel jew wara.

F’dawn il-mumenti ħafna drabi wieħed jispiċċa jiekol ikel ipproċessat jew ħelu li jkunu mimlija zokkor, melħ, xaħmijiet, u preservattivi. Għalkemm l-ewwel alternattiva bnina li wieħed tiġih f’rasu hija xi frotta, din mhux dejjem tkun disponibbli, u jista’ jagħti l-każ li dak il-ħin ma jkollux aptitha.

Iżda alternattivi bnini oħrajn għat-tnaqqir jeżistu. In-nutritionist Lisa Drayer tirrakkomanda diversi possibilitajiet li ġabret mingħand nutritionists oħrajn, tobba u kowċis sportivi.

Ara titħajjarx tipprova xi ħaġa minn dawn…

Lewż – Faċli żżomm borża minnhom fil-kexxun tal-iskrivanija. Żewġ ponnijiet lewż, mimlija fibra, proteini u xaħam mhux saturat, jaqtgħulek il-ġuħ u jżommok sa ħin l-ikel.

Yogurt parfait – Yogurt Grieg bi ftit frott jinżel għasel, speċjalment fis-sajf, u fih il-proteini, il-kalċju, il-fibra u l-anti-ossidanti.

Bott tonn taż-żejt bil-galletti – Sempliċi mmens biex titfgħahom fil-basket filgħodu u anki biex iżżomm ħażna fuq ix-xogħol, din l-ikla ċkejkna tipprovdi taħlita tajba ta’ karboidrati, proteini u xaħam.

Tuffieħ u ċiċri jew favetta nkaljata – Jekk għandek aptit iktar minn sempliċi frotta waħedha, pprova kul tuffieħa flimkien ma’ ftit ċiċri jew favetta nkaljata. Faċli tikolhom mingħajr ma tagħmel straġi waqt li tittajpja fuq il-kompjuter.

Kikkra soppa – Ksaħt bilqegħda u għandek aptit xi ħaġa sħuna? Jekk għandek microwave, faċli tieħu miegħek porzjon soppa biex issaħħan kikkra meta tifjakka.

Ħxejjex bil-ħummus – Jekk tixtieq tibda tiekol iktar ħaxix nej iżda għadek qed tiddarras, ipprova ftit biċċiet taz-zunnarija jew bżar ikkulurit mal-ħummus. Jaf jagħmel differenza kbira!

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Ministru għall-Intern Taljan qasam fuq il-midja soċjali ritratt immanipulat bil-photoshop fejn jidher wiċċu flok dak tal-attivista Żvediża Greta Thunberg, tfajla ta’ 16-il sena li qajmet moviment kbir favur azzjoni klimatika….

Barranin

Raġel fiċ-Ċina li mar biex jisraq tfajla li kienet qed tiġbed il-flus mill-ATM ma wettaqx dak li kellu f’moħħu għax ħarqitu qalbu. Fil-filmati tal-kameras tas-sigurtà r-raġel jidher jersaq lejn mara…

Kurżitajiet

Jekk tiekol il-faqqiegħ darbtejn fil-ġimgħa tkun qed tipprevjeni milli titlef il-memorja jew iġġarrab problemi fit-taħdit wara li tagħlaq is-60. Dan ħareġ minn riċerka li saret f’Singapore li turi li l-antiossidant…

Barranin

Fl-Eġittu, sid ta’ ħanut tal-juices li għadu kif fetaħ il-bibien qed jattira klijenti ġodda biex jixorbu 12-il litru mix-xarba poplari lokali tal-kannamieli (sugarcane).  Dan bħala parti mill-kampanja ta’ promozzjoni li…

Aktar