Ikel
Kif tista’ tonqos mill-piż mingħajr ma tagħmel eżerċizzju?

Din hija mistoqsija li minn dejjem saret u qatt ma kien hemm tweġiba konkreta.  Iżda skont riċerka ġdida, instab mezz mill-Awstraljani li jista’ wassall persuna biex tonqos ħames darbiet iktar minn metodi tradizzjonali mingħajr ma jsir eżerċizzju.

Dan huwa l-functional imagery training magħruf bħala FIT li huwa metodu li jgħallmek tuża s-sensi u tiffoka biex tilħaq il-piż li tixtieq.  Dan il-metodu juża bosta ritratti li jesploraw il-bidliet mixtieqa billi jgħallem lill-individwi kif jaslu għall-objettiv tagħhom.

Fl-istudju ħadu sehem 141 parteċipant, li kellhom il-BMI ta’ mill-inqas 25 u għalhekk kienu ħoxnin.  55 mill-parteċipanti ppruvaw żewġ sessjonijiet ta’ terapija biex jiġu motivati ħalli jonqsu, filwaqt li d-59 l-oħra għamlu żewġ sessjonijiet ta’ FIT.

Iż-żewġ gruppi ngħataw sessjoni oħra wara tliet xhur u mbagħad darba fix-xahar għal tliet xhur oħra.  Dawk li ngħataw is-sessjonijiet tal-FIT irnexxielhom jonqsu medja ta’ 4.11kg wara sitt xhur, filwaqt li l-grupp l-ieħor naqsu medja ta’ 0.74kg u kien hemm uħud li lanqas naqsu xejn.

Wara sena mill-bidu tal-FIT, il-grupp kompla jonqos fil-piż ħames darbiet iktar milli naqas il-grupp l-ieħor li ngħata terapija fejn kienu sottoposti biss għal taħdidiet dwar id-dieta u x’tip ta’ ikel għandu jittiekel biex jonqos mill-piż.

It-tabiba Linda Solbrig li wettqet l-istudju qalet li ħafna nies jaċċettaw li jonqsu u jaħsbu li jridu jieklu inqas u jżidu l-eżerċizzju.  Żiedet tgħid iżda iżda li f’ħafna każi, min jagħmel id-dieta ma jkunx motivat biżżejjed biex jilħaq l-objettiv tiegħu.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

L-ex direttur sportiv tal-klabb tal-futbol Taljan ta’ Juventus Luciano Moggi huwa eleġibbli li jivvota fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se ssir Malta. Moggi li għal dawn l-aħħar snin kien qed iżur…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Aktar