Kurżitajiet
Kif tista’ ttejjeb id-dehra tiegħek?

Id-dehra saret importanti ħafna llum il-ġurnata u għalhekk bosta huma dawk li qed jippruvaw itejbu l-mod kif jidhru biex iħossuhom iktar kunfidenti.

Dan intqal mid-Direttur ta’ St Thomas Hospital Dr Kristen Buhagiar fil-ftuħ ta’ Klinika tal-Estetika u l-Kożmetika f’dan l-isptar.  Hija spjegat li dawn it-trattamenti se jibdew jingħataw f’ambjent professjonali u ta’ livell għoli.

Għat-tnedija tat-trattamenti kożmetiċi li se jibdew jingħataw f’dan l-isptar, kien hawn mistiedna Dr Natalie Hammer, li hija kwalifikata f’dan il-qasam mill-Università ta’ Queen Mary ta’ Londra.

Hija spjegat x’inhuma l-benefiċċji tat-trattamenti varji fl-estetika u l-kożmetika, fosthom il-botox, id-dermal fillers, il-platelet rich plasma u bosta oħrajn li jikkoreġu s-sinjali tax-xjuħija.

Dr Hammer uriet l-effetti ta’ dawn it-trattament fuq żewġ nisa, filwaqt li l-mistednin fit-tnedija ta’ dawn is-servizzi ġodda setgħu jsegwu pass pass kif isiru dawn it-trattamenti tas-sbuħija kif jidher f’dan il-filmat.

Dan huwa artiklu bi ħlas minn:

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jkun xi jkun ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali, huwa u sħabu kommessi li jaħdmu aktar qalb in-nies li mhux…

Partit Laburista

F’Mass rally il-Birgu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-għażla ta’ nhar is-Sibt li ġej mhix bejn l-aħmar u l-blu, imma dik bejn li tmur lura jew…

Passatemp

Eluf ta’ key chains taħt saqaf wieħed, huma l-mimmi t’għajnejn Ġorġ Borġ, li faċilment jista’ jingħad li għandu l-ikbar kollezzjoni tagħhom f’Malta. Qatt ma xtara waħda, iżda huwa kburi li…

Aktar