Kurżitajiet
Kif twieldet il-festa ta’ San Valentinu?

Bħal-lum, jum San Valentinu, madwar id-dinja jitqassmu mal-50 miljun warda. Mal-ward illum ukoll fl-Istati Uniti jitqassmu mat-8 biljun ċikkulata. F’jum l-imħabba, madwar id-dinja mat-220,000 persuna jipproponu lill-maħbub/a.

Għalkemm ħafna jiċċelebraw il-festa tal-maħbubin mhux kulħadd jaf kif twieldet din il-festa.

Waqt TVAM, l-istoriku Mario Coleiro spjega li San Valentinu huwa qaddis martri tas-Seklu 3.  Fil-Medju Evu ma’ San Valentinu ntrabat il-kult tal-imħabba.

Spjega li ntgħażlet il-ġurnata tal-14 ta’ Frar għax dakinhar San Valentinu ngħata l-martirju.

Mal-14 ta’ Frar ntrabtet ukoll il-warda l-ħamra li kienet favorita mal-alla Venere, li għall-pagani kienet l-alla ta’ mħabba u s-sbuħija.

Fl-aħħar nett Coleiro fakkar kif Malta għandha rabta speċjali ma’ San Valentinu hekk kif flimkien mal-Polonja u l-Irlanda, Malta għandha relikwa tal-Qaddis fil-Parroċċa ta’ Ħal Balzan.

Tista’ ssegwi l-intervista sħiħa li saret fuq TVAM minn hawn.

Ara wkoll:

X’rabta hemm bejn Ħal Balzan u San Valentinu?

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar