Ikel
Kilt bl-abbundanza fil-festi? Kif tista’ tonqos fil-piż?

X’tista’ tagħmel mil-lum wara li tkun kilt u ffangajt fi żmien il-festi?  Idealment li tagħti l-ikel li fadal lill-karità flok tarmih u tiddeċiedi li tibda tagħmel id-dieta.

Bosta huma dawk li mit-2 ta’ Jannar jagħmlu riżoluzzjoni li jonqsu u għalhekk huwa l-personal trainer Matthaeus Grasso jirrakkomandat li l-aħjar li tagħżel eżerċizzju li tħobb tagħmel.

Bħala ikel, jekk trid tagħmel id-dieta, Matthaeus Grasso qal fuq TVAM li l-importanti huwa l-moderazzjoni, il-varjetà u l-bilanċ f’dak li nieklu.  Jgħid li trid taqbad sistema li hija adattata għalik għax inkella tibda r-riżoluzzjoni u wara ftit ma tkomplihiex.

Matthaeus Grasso qal li hawn sistema bejn 12 u 16-il siegħa ma tiħux kaloriji billi tixrob ilma jew tè u kafè bla zokkor, imma fil-kumplament tal-ġurnata tikkumpensa għall-bqija tal-ġurnata.

L-iktar importanti huwa x’tiekol u kemm tiekol f’ġurnata, bil-personal trainer jgħid li s-sigriet huwa li tiekol ftit inqas ikel milli taħraq ikel kuljum.

Jisħaq li dejjem hemm bżonn tal-parir tat-tabib jew nutritionist minħabba li l-kundizzjoni ta’ saħħa ta’ min ikun irid jagħmel id-dieta.  Jgħid li mhux fattwali li tiekol tip ta’ ikel skont it-tip ta’ demm tiegħek.

Tista’ terġa’ tara l-programm TVAM fuq TVMi – TVAM jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7am.

 

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Parruċċani ta’ Ħal Luqa minn tmiem din il-ġimgħa qed igawdu dehra ġdida fil-knisja parrokkjali tagħhom. Dan għaliex wara proġett li kien ilu għaddej disa’ snin, ġie inawgurati xogħlijiet ta’ pittura,…

Lokali

B’esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu, l-Avukat Joe Micallef Stafrace, illum irtirat, iżda xorta isegwi dak li għaddej u jistqarr li ċerti principji sagrosanti tal-ġurnalizmu professjonali qed jigu imxelfa minn uħud. L-Avukat…

Lokali

Victor Scerri, terraq it-toroq tal-Belt fejn kompla jfittex u jiltaqa’ ma’ karattri – minn imħallfin sa karattri komuni tat-triq, li għamlu isem għalihom u għall-kapitali. Ghalkemm mhux belti mit-twelid, sar…

Lokali

Xogħol li jitlob li min jagħmlu jbakkar minn kmieni filgħodu, iżda li fih ukoll is-sodisfazzjon tiegħu. Melanie Saliba ilha tarma l-monti ‘l fuq minn għoxrin sena. Ma’ TVM, Melanie wriet…

Aktar