Barranin
Kim Jong-un fi triqtu lejn ir-Russja għal taħditiet mal-President Putin

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un jinsab fi triqtu lejn ir-Russja għal taħditiet mal-President Vladimir Putin.

Il-midja tal-istat Koreana qalet li Kim Jong-un qed jivvjaġġa bil-ferrovija privata tiegħu. Dawn mistennija jkunu l-ewwel taħditiet tiegħu mal-president Russu.

Ir-Russja qalet li ż-żewġ mexxejja ser jiltaqgħu fil-belt tal-kosta fil-Paċifiku, Vladivostok, u ser jiddiskutu dik li sejħu bħala “l-problema nukleari” li għandha l-Korea ta’ Fuq.

Analisti qed jgħidu li Kim Jong-un qed ifittex l-appoġġ tar-Russja wara li taħditiet mal-President Amerikan Donald Trump ma ħallewx riżultati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks. Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju…

Barranin

British Airways ammettiet li għamlet żball meta avżat lill-passiġieri li t-titjiriet tagħhom kienu tħassru, u li qaltilhom biex jerġgħu jibbukkjaw. Uħud mill-passiġġieri qalu li kienu konfużi hekk kif it-titjiriet, li…

Kurżitajiet

Raġel f’Ibiza li qabeż minn irdum ħa sorpriża kerha meta ta s-salt għal ġol-baħar. Huwa ħareġ fuq blata spuntata ‘l barra biex jipprova jaqbeż għal rasu b’lura, waqt li sħabu…

Barranin

Koppja żagħżugħa minn Texas tilfu ħajjithom traġikament minuti biss wara li kienu kif għadhom kemm iżżewġu. L-inċident seħħ malli telqu miċ-ċerimonja taż-żwieġ tagħhom meta l-karozza li kienu fiha ħabtet ma’…

Aktar