Barranin
Kim Jong-Un: iI-Korea ta’ Fuq jeħtieġ tħejji għal djaologu u konfrontazzjoni mal-Istati Uniti

Kim Jong-Un qal li I-Korea ta’ Fuq jeħtieġ tippreppara għal djaologu u konfrontazzjoni mal-Istati Uniti.

F’indirizz li għamel fil-kumitat tal-partit tiegħu huwa qal li l-Korea ta’ Fuq huwa qal li hemm bżonn taħditiet bejn iż-żewġ pajjiżi sabiex jipproteġu l-interessi u d-dinjitá tal-Korea ta’ fuq.

Din kienet l-ewwel darba li Kim għamel kummenti diretti lejn l-amministrazzjoni Biden.

S’issa r-relazzjoni bejn iż-żewġ mexxejja kienet ikkaraterizzata minn tensjoni. Biden kien iddeskriva lil Kim bħala ta’ qattagħni waqt li ġurnata qabel l-inawgurazzjoni tal-President Amerikan il-Korea ta’ fuq tellgħet parata militari kbira.