Lokali
Kirurgu mara bl-ewwel operazzjoni tal-qalb fid-dinja: saret Malta fil-Gwerra l-Kbira

F’Jannar tal-1918, bil-gwerra l-kbira fl-aqwa tagħha, kirurgu mara kitbet paġna ġdida u importanti fl-istorja tal-mediċina u l-kirurġija. U dan hekk kif assistiet f’operazzjoni maġġuri tal-qalb li saret f’Malta, l-ewwel waħda tax-xorta tagħha. Fl-operazzjoni li saret fil-Belt tneħħiet balla minn qalb suldat.

Fl-Ewwel Gwerra Dinjija l-iskola primarja ta’ Sant’Iermu fil-Belt kienet ġiet trasformata fi sptar dedikat għall-operazzjonijiet.

Kien hawnhekk li l-kirurgu Ingliża Sarah Marguerite White assistiet lill-kirurgu Sir Charles Ballance biex flimkien għamlu xi ħaġa li qatt ma kienet saret qabel…. neħħew b’suċċess balla li kienet nifdet qalb suldat Ingliż.

Id-dettalji dwar din l-istorja skoprihom il-kardjologu Malti Norman Briffa, li jaħdem f’Sheffield fir-Renju Unit. Intervistat mill-programm RASIMBRAS, stqarr li b’dan l-intervent iż-żewġ kirurgi kienu qed imorru kontra kull prassi ta’ żmienhom għaliex ħadd ma kien jazzarda jmiss mal-qalb.

Il-kardjologu Norman Briffa qal ”and during the surgery these two surgeons without the help of the heart lung machine, which was invented in the 1950s, they managed to expose the heart, find the bullet, and remove it with very minimal blood loss which was an amazing achievement at the time.”

Mir-riċerka tiegħu, il-kardjologu Briffa jgħid li s-sehem ta’ kirurgu mara f’operazzjoni daqstant delikata ma kienx normali.

”Very unusual. She was a civilian volunteer doctor, and she with many other female doctors was transferred to Malta to care for the sick” kompla jgħid il-kardjologu Briffa.

Il-pazjent kien jismu Robert Martin. Suldat fid-Derbyshire Yeomanry, ta’ 20 sena kien diġà ġġieled f’Gallipoli u f’Salonika. Kien propju hawnhekk li f’Novembru tal-1917, f’jum għeluq sninu, li ntlaqat minn balla sparata minn suldat Bulgaru. Minkejja li l-operazzjoni kienet suċċess, Robert Martin miet xahrejn wara minħabba infezzjoni li ma setgħetx tiġi kkontrollata bl-anti-biotiċi għax ma kienux jeżistu.

Il-kardjologu Briffa jsostni li din l-istorja hija raġuni oħra għaliex Malta għandha tfakkar dan iċ-ċentinarju.

”For the surgeons who were brave and who tried something new and contributed to the development of heart surgery. And lastly to remember the amazing and ennoble contribution of the country of Malta to thousands of servicemen and 20th century healthcare in general. It is a fine tradition that goes back to the Knights of Malta and continues today at Mater Dei.

Huwa stmat li fil-Gwerra l-Kbira mat-80,000 suldat ingħataw il-kura f’Malta – l-infermiera tal-Mediterran.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex…

Qorti

Żewġ żgħażagħ Ingliżi li m’għandhomx residenza fissa f’Malta, tressqu l-Qorti akkużati b’pussess ta’ droga li nstabet f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom. L-ispettur Anthony Scerri ppreżenta bħala evidenza kważi…

Infrastruttura

Minkejja li normalment fil-ġimgħa ta’ Santa Marija ħafna negozji u ħaddiema jieqfu għal ftit mistrieħ, Infrastructure Malta xorta waħda baqgħet għaddejja bil-bini tal-ewwel flyovers tal-Marsa Junction Project. Fil-fatt, f’dawn l-aħħar…

Aktar