Kittieb b’għeruq Iżlamiċi jwissi dwar il-“qasma” bejn il-Musulmani f’Malta

Kittieb b’għeruq Musulmani li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar 30 sena wissa dwar dik li sejjaħ it-Tieni Moskea f’Malta u sostna li se jkun qed jagħmel dak kollu li hu possibbli biex iċċaħħadhom minn dik li sejjħilha bħala moskea “firda”.

Walid Nabhan huwa wild ġenituri Palestinjani u għex tfulitu f’Amman il-Ġordan. Aktar tard, lejn is-sebgħinijiet sab refuġju f’Malta u llum għandu wkoll ċittadinanza Maltija.

Nabhan, li huwa wkoll kittieb ta’ bosta kotba bil-Malti, kellu kliem iebes fil-konfront tal-membri tal-‘Malta Muslim Council’ li fl-aħħar ġimgħat dehru fil-beraħ wara li qamet il-kwistjoni tat-talb tal-Ġimgħa quddiem il-knisja tal-Imsida.

“Aġenda biex jaqsmu l-komunità Musulmana f’Malta”

isallu“Mill-uċuh li rajt u kollha nafhom sew, ma tantx tidher xi ħaġa tajba. Uħud minnhom kont qalfatthom minn dari snin ilu mhux biss minħabba n-nuqqas ta’ qbil fuq l-ideat primittivi u l-Islam xieref li qed jipproponu, iżda aktar għax ħassejt u fil-pront, li kellhom aġenda biex jaqsmu l-komunità Musulmana f’Malta u abbli li rnexxielhom sa ċertu punt, la issa għandhom merħla u Kunsill u mikrofini,” qal is-Sur Nabhan waqt li stqarr li kulma jonqoshom hu minarett biex ikunu jistgħu jedukawna minn fuqu u jgħallmuna xi tip ta’ ħxuna ta’ drapp irridu nitlefilfu bih biex naslu sal-għatba tal-ġenna.

M’hemmx Islam moderat aktar minn dak ta’ Raħal Ġdid

Nabhan jagħmel distinzjoni kbira bejn il-komunità Musulmana f’Raħal ġdid u l-membri tal-Malta Muslin Council. Argumenta li safejn jaf hu m’hemmx Islam moderat f’Malta aktar minn dak ta’ Raħal Ġdid, li fi kliemu ħafna Maltin, u forsi wieħed minnhom hu, qed jarawh riġidu u mhux jara lil ieħor biżżejjed li jridu jwaqqfu moskea. Qal li wieħed minnhom kien irriżenjalu minn kumitat li kien immexxi għax ried inneħħielu s-salib minn fuq il-bandiera Maltija.

“Almenu Raħal Ġdid, hemm ma’ min titkellem. Ħalli ma taqblux jew terġgħu titkellmu darb’oħra, imma ma’ dawn il-katnazzi niddubita kemm se jħalluk tgħid tiegħek,” qal Nabhan. Qal li dawn huma l-istess nies li kienu sikktu lil Simone Zammit Endrich, mara Maltija li tħaddan ir-reliġjon Iżlamika, wara li bdiet titkellem fuq affarijiet li ħafna minnhom vera.

Huwa temm jgħid li jekk hemm bżonn “tkabbir”, anki jekk millimetriku, dan għandu jsir permezz ta’ ħafna djalogu u laqgħat u taħditiet iċċivilizzati, u mal-uffiċjali rikonoxxuti li nafu bihom u mhux ma’ dawk li fi kliemu jiġuk bil-lejl u mingħajr appuntamenti.

Qal li almenu Raħal Ġdid, lilu bħala kittieb baqgħu jirrispettawh minkejja t-tul kollu ta’ lsienu. Mill-banda l-oħra stqarr li jekk jiġi f’idejn il-‘Kunsill’ li sirt jaf bih ilbieraħ, abbli li jagħmlu minnu kapuljat ‘edukattiv’ għal fuq il-Youtube. Huwa żied jgħid li beħsiebu jagħmel minn kollox biex iċaħħadhom minn din il-moskea “firda”.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-forum dinji fejn ħabbar li għaxar operaturi tal-kannabis mediċinali kienu approvati mill-Malta Enterprise u anke se japplikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex jingħataw liċenzja. Dr Muscat qal…

Lokali

Riesqa lejn l-aħħar il-Presidenza ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, bil-President Marie Louise Coliero Preca tiddeskrivi l-poplu Malti bħala wieħed ġeneruż li jaf jogħla ‘l fuq mill-argumenti u jingħaqad flimkien biex jesprimi…

Lokali

Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta beda jiltaqa’ f’Malta u qed jiddiskuti proposti biex isaħħaħ il-vuċi tal-Maltin imferxa f’diversi komunitajiet madwar id-dinja. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru Carmelo Abela qal li…

Aktar