Qorti
Kixfitha x-xalla li waqgħetilha waqt li kienet qed taħrab minn serqa

Ellie Briffa ta’ 26 sena ġiet mixlija b’attentat ta’ serq aggravat minn ħanut tal-logħob fil-Gżira.

Il-każ seħħ il-ġimgħa l-oħra meta l-mara daħlet fil-ħanut b’wiċċha mgħotti u l-impjegat irnexxielu jkeċċiha ‘l barra. Waqt li kienet qed taħrab, waqagħlha xalla li kien qed jgħattilha wiċċha. B’hekk il-pulizija setgħu jiddentifikawha minn filmati tal-kameras tas-sigurtà.

Ellie Briffa kienet akkużata wkoll li żammet lill-impjegat kontra l-volontà tiegħu, li kissret il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża u li saret riċediva. Hi wieġbet li mhix ħatja.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u l-akkużata qed tinżamm arrestata fi kwarantina għal ġimagħtejn qabel tittieħed fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin. Dan bħala parti minn proċedura mħaddma mill-amministrazzjoni tal-ħabs biex jevita li l-coronavirus jidħol fil-faċilità.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Lokali

Il-vjolenza domestika – pjaga moħbija tas-soċjetà li fi kriżi bħal din taf tgħolli aktar rasha. F’diversi pajjiżi fejn sar lockdown diġà rrappurtaw żieda fl-inċidenza tal-każi tal-vjolenza domestika. Il-kummissarju dwar il-vjolenza…

Aktar