Edukazzjoni
Klabb Kotba Maltin bi ktieb f’għeluq l-ewwel sena mill-mewt ta’ Pawlu Mizzi

Fl-aħħar jiem Klabb Kotba Maltin ħarġet il-ktieb ‘Mid-Dinja Ċkejkna Tiegħi: Il-Kitbiet ta’ Pawlu Mizzi.’ Liema pubblikazzjoni, ħarġet f’għeluq l-ewwel sena mill-mewt ta’ Pawlu Mizzi, il-fundatur ta’ Klabb Kotba Maltin.

Il-ktieb imsejjes fuq stil sempliċi, id-djalett li jagħti identità, u l-kwalitajiet morali u spiritwali li jagħmlu ‘l kull Għawdxi uman. Fi ħdan il-pubblikazzjoni, għadd ta’ profili mill-pinna ta’ Pawlu Mizzi li fost l-oħrajn ilaqqgħu lill-qarrejja ma’ għadd ta’ Għawdxin li jagħmlu isem fil-ħajja pubblika lokali kif ukoll ma’ xi figuri oħrajn li kienu qrib l-awtur matul ħajtu.

Skont l-antropologu Mark Anthony Falzon fi ħdan il-ktieb tinħass żiffa ta’ realiżmu soċjali hekk kif l-awtur fost l-oħrajn jattakka ‘l-istrutturi tal-poter u ‘l-elite li jmantnuhom. Fi kliem Prof. Falzon, għal Mizzi l-bidla ma tiġix billi jiġi xkupat kollox ‘il barra, imma permezz ta’ individwi li jibqgħu parti mis-sistema iżda li jfittxu li jbiddlu minn ġewwa mingħajr ma jkissru l-qafas.

Il-ktieb ġie editjat minn Sergio Grech id f’id ma’ Francesco Pio Attard. Biex tara siltiet mill-pubblikazzjoni, tista’ żżur dan is-sit. Biex tordna l-ktieb aghfas .

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Edukazzjoni

Il-Kunsill Studenti Universitarji, il-KSU esprima tħassib għax għad m’hemmx pjan alternattiv għall-eżamijiet tal-MATSEC li se jsiru f’Settembru. Fi stqarrrija l-KSU qal li s’issa l-eżamijiet għadhom se jsiru b’mod fiżiku fis-swali…

Lokali

F’laqgħa mal-edukaturi u t-tfal li qed jattendu Skolasajf fl-iskola primajra ta’ Marsaskala, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-istudenti jridu jkunu mħejjija sa minn ċkunithom biex ikabbru t-talenti u l-kreattività…

L-internet huwa lussu li kważi kważi sirna ma ngħaddux mingħajru. Komdu mmens u jekk tużah b’mod għaqli jagħmlilna ħajjitna ferm aktar faċli. Minkejja dan, mhux kulma hemm onlajn huwa tajjeb….

Aktar