Edukazzjoni
Klassijiet ta’ reviżjoni għall-istudenti bi preparament għar-‘resits’ tas-SEC u O Level

Inizjattiva bla ħlas ta’ klassijiet għar-reviżjoni tas-SEC tnediet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni għall-istudenti li se jkunu qed jagħmlu r-resits fil-Bioloġija, l-Ingliż, il-Malti, il-Matematika u l-Fiżika f’Settembru.

Din l-inizjattiva, iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea għas-sitt sena konsekuttiva, se tassisti lil dawk l-istudenti jkomplu l-esperjenza edukattiva tagħhom permezz ta’ opportunità oħra.

Il-klassijiet se jibqgħu għaddejjin għal ħames ġimgħat f’ċentri differenti madwar Malta u Għawdex u se jsiru mill-24 ta’ Lulju sal-aħħar t’ Awwissu. Studenti ta’ età bejn il-15 u l-24 sena li ġabu 6 jew 7 bħala marka, jew li kienu mmarkati bħala assenti f’xi wieħed mill-ħames suġġetti ewlenin imsemmija hawn fuq huma eliġibbli biex japplikaw għal dawn il-klassijiet.

L-istudenti jistgħu jagħżlu li jieħdu klassijiet f’massimu ta’ tliet suġġetti, inkluża għażla ta’ suġġett tax-xjenza (Bioloġija jew Fiżika). Dan huwa kors intensiv li jitlob l-attenzjoni sħiħa tal-istudenti, speċjalment dawk li qegħdin jerġgħu jagħmlu eżami għal aktar minn suġġett wieħed.

L-istudenti jistgħu japplikaw online billi jżuru http://www.education.gov.mt/revision sal-Erbgħa 17 ta’ Lulju 2019, sa nofsinhar.

Għal iktar informazzjoni dwar il-klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC taħt il-Youth Guarantee Project wieħed jista’ jċempel fuq 2598 2280/1/2/3, iżur http://www.youthguarantee.edu.mt, jew iżur il-paġna ta’ Facebook – ‘Youth Guarantee Malta’.

Meta japplikaw għall-klassijiet preventivi, l-istudenti mhumiex qed japplikaw awtomatikament għall-eżami tar-resit, għalhekk wieħed irid japplika wkoll għar-resit mal-MATSEC.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar