Annimali
Klieb f’Londra jegħlbu s-sħana b’għawma gala

Klieb ta’ razez differenti nġabru f’Londra biex jieħdu sehem fl-iswimming gala organizzata minn rover.com. Christopher Cederskog minn rover.com qal li l-klieb minbarra li jħobbu jesploraw kull fejn ikunu għandhom għal qalbhom ukoll l-ilma. Rover.com li twaqqfet apposta u li tagħti pariri u tagħrif dwar il-kura tal-klieb, organizzat din l-għawma gala fl-iktar jiem sħan li qed jaħkmu bħalissa lir-Renju Unit.

Christopher Cederskog qal li “we take animal safety incredibly seriously at Rover and for today’s event, we have life jackets for the dogs, we have a swimming instructor who’s going to be close by at all times to make sure the dogs are safe and secure and are having fun.”

rover.com se jkomplu jorganizzaw attivitajiet li fihom jigbru lis-sidien tal-klieb biex ikomplu iżidu l-kuxjenza dwar l-imħabba lejn il-klieb li wara kollox jibqa’ magħruf bħala l-ikbar ħabib tal-bniedem.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li hemm xogħol iebes biex jingħelbu d-differenzi kbar li hemm mal-Unjoni Ewropea dwar il-fruntiera tal-Irlanda bit-tama li jintlaħaq ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea….

Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Ċina

Ċiniż spiċċa arrestat wara li qarraq b’familtu li taparsi miet. Mal-aħbar martu qatlet lilha nnifisha u lill-uliedha. Ir-raġel ta’ 34 sena kien maħsub mejjet wara li l-karozza nstabet fi xmara…

Annimali

Mis-Sibt l-20 ta’ Ottubru, sal-31 ta’ Dicembru jista’ jsir l-insib għall-pluvieri u l-malvizz bi kwota ta’ 5000 malvizz u 700 pluviera li jistgħu jinqabdu. Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li…

Aktar