Klieb joffru assistenza għal tfal bl-awtiżmu u persuni dijabetiċi

Fl-aħħar xahrejn, l-organizzazzjoni mhux governattiva Service Dogs Malta Foundation bdiet toffri s-servizzi tagħha li fihom klieb imħarrġa apposta joffru assistenza lil tfal bl-awtiżmu, servizz tat-terapija permezz tal-klieb, u klieb li jgħinu lil persuni li jbatu mid-dijabete. L-istess organizzazzjoni, li qed toffri s-servizz tagħha bla ħlas, talbet lill-kumpaniji u min interessat jisponsorja dawn il-klieb u s-servizz li jagħtu.

Dan huwa Ilio, kelb ta’ kważi sentejn li tħarreġ mindu kien ġeru biex joffri l-assistenza lit-tfal bl-awtiżmu. Meta żorna l-post minn fejn l-organizzazzjoni mhux governattiva Service Dogs Malta Foundation qed toffri s-servizzi tagħha, kienet għaddejja sessjoni tal-assistenza tal-klieb għat-tfal bl-awtiżmu. Din kienet biss it-tieni darba li Ilio ltaqa’ ma’ dan it-tifel ta’ ħames snin. Fil-ħin li domna hemm stajna naraw tibdil għall-aħjar f’kull minuta li bdiet tgħaddi fl-imġiba tat-tifel mal-kelb. Waqt li għall-ewwel qagħad ftit lura, iktar it-tifel beda jinġibed lejn il-kelb, tant li fl-aħħar ma riedx jieqaf imidd rasu fuq Ilio.

Robert Spiteri, mis-Service Dogs Malta Foundation, li twaqqfet sena ilu, qal li b’kollox il-Fondazzjoni se tkun qed toffri ħames servizzi, is-servizz ta’ terapija permezz tal-klieb, assistenza għal tfal bl-awtiżmu, u l-allert li l-kelb jista’ joffri għal persuni dijabetiċi meta jkun se jinżlilhom iz-zokkor. Robert tkellem fuq il-proċess tas-servizz li jingħata għat-tfal bl-awtiżmu.

“Il-parti emozzjonali li t-tifel jibda jibbondja. Ovvjament il-kundizzjoni tal-autism hija waħda li mhux dejjem ikun hemm that emotional bond. Hemm it-tactile, li jmiss, jibbrushja. Imbagħad hemm il-fattur importanti ħafna li jitgħallem jimxi u hemm special leashes ħalli jekk it-tifel ikun se jibboltja, jaħrab, il-klieb jintefagħlu down u ma jhallihx jimxi.”

Robert Spiteri spjega li l-pjan hu li dawn is-servizzi kollha jingħataw bla ħlas. Appella lill-kumpaniji u kull min jixtieq biex jieħdu sehem fi skema li permezz tagħha jisponsorjaw kelb billi jidħlu fuq il-website www.servicedogsmalta.org.

Appell ieħor ta’ Robert huwa biex meta n-nies jaraw dawn il-klieb li jkunu qed jitħarrġu, li jkunu akkumpanjati min-nies li jkollhom nota speċifika mdendla m’għonqhom, iħalluhom jidħlu fi ħwienet u ċentri oħra, bl-għan ikun li dawn il-ġriewi mbagħad jitħarrġu biex propju jakkumpanjaw kullimkien lil min għandu bżonnhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-dislessja – kundizzjoni li tfixkel lill-persuna biex titgħallem taqra minhabba li ma tagħrafx uħud mill-ittri u simboli, hi meqjusa bħala ostaklu fil-proċess edukattiv, għalkemm illum hemm mezz ta’ għajnuna biex…

Annimali

Liġi ġdida qed toffri aktar setgħa fil-ħarsien tal-annimali, partikolarment il-klieb li kienu jinżammu marbutin il-ħin kollu b’katina, billi dan il-kunċett issa hu projbit. Madanakollu, id-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali saħaq li l-klieb…

Statistika

Illum huwa l-Jum Ewropew tal-Istatistika, li qed jiġi ċċelebrat għat-tielet darba. Dan il-jum joħroġ aktar fid-deher il-valur tal-istatistika uffiċjali, li f’Malta tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Tliet snin bogħod mill-akbar eżerċizzju…

Aktar