Annimali
Klieb “LSAs” li qed jgħinu tifel fis-siġġu tar-roti

Żewġt iklieb imħarrġa bnew relazzjoni speċjali ħafna ma’ tifel ta’ sitt snin li juża siġġu tar-roti, u li mingħajrhom qalilna li ma jirnexxilux jagħmel ħafna mix-xogħol tal-iskola. Iż-żewġt iklieb tħarrġu apposta biex ikunu l-għajnejn, il-widejn, l-idejn u s-saqajn tal-persuni b’diżabbiltjiet fiżiċi jew mentali.

Għal Andrew li għandu sitt snin u juża siġġu tar-roti, Llio u Andy m’humiex sempliċiment klieb iżda huma l-ikbar ħbieb tiegħu, tant li huma d-dell tiegħu f’ħafna mill-ħin tal-ġurnata.

Jingħad li l-kelb huwa l-ikbar ħabib tal-bniedem u għal Andrew hu x’aktarx aktar minn hekk għaliex Llio u Andy qed jgħinuh fl-esperjenza skolastika tiegħu fil-kulleġġ ta’ San Andrea u biex jegħleb il-limitazzjonijiet tal-ħajja ta’ kuljum.

Andrew Bonett qal “meta mmur l-iskola Ilio u Andy jgħinuni nitgħallem”.

Rachel Bonett qalet “ikun għall-qalbu ħafna anki għall-fatt li jaf li mmorru ħdejh fil-klassi, ikun qed jistenna minn filgħodu għax jgħid li illum ġejjin Illio u Andy… u anki jekk ikollu xi task li hija iktar diffiċli xi kitba li toħodlu iktar żmien jekk jagħmilha u jkun hemm Illio miegħu għid li ħa jlestiha l-ewwel wieħed”.

Omm Andrew, Rachel spjegat li bil-preżenza tal-klieb, ħajjet it-tifel inbidlet mil-lejl għan-nhar għaliex issa qed jingħata ċ-ċans li jgħix ħajja indipendenti.

Rachel Bonett qalet “kien ixxurtjat ħafna li kellu l-għalliema, l-LSA u t-tfal tal-klassi li laqgħuh mill-ewwel… pero dejjem għandek bini ġdid, sistema ġdida”.

Andrew ma jippermetti l-ebda ostaklu jxekkilu l-ħolm tiegħu.

Andrew Bonnett qal li meta jikber jixtieq isir President ta’ Malta.

Stephanie Theuma mill-Fondazzjoni tal-Klieb li tipprovdi servizzi speċjalzzati għall-persuni u tfal li għandhom diżabbilta’ qalet li dawn il-klieb jgħaddu minn eżamijiet speċjalizzati li jsiru kull tliet xhur.

Qalet li dawn il-klieb huma l-għajnejn, il-widejn, l-idejn u s-saqajn tal-persuni li għandhom diżabbiltjiet fiżiċi jew mentali u hija għal din ir-raġuni li l-klieb jingħataw taħriġ intensiv biex ikunu kapaċi jintervjenu f’sitwazzjonijiet li jkunu perikolużi.

Stephanie Theuma qalet “dawn il-klieb jgħaddu minn testijiet qawwijin, u biex imorru one to one with a child irridu jgħaddu mit-tests kollha.”

Stephanie Theuma qalet li qed tittama li l-fondazzjoni jkollha ċentru speċjalizzat li jservi bħala bażi fejn isir it-taħriġ li jiswa aktar minn ħmistax-il elf ewro għal kull kelb.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa. Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ…

Lokali

Id-Dwana kkonfiskat 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbiliment f’Bormla. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. Is-sid inqabad fil-fatt joħroġ kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen, li jinsab biswit…

Lokali

Beda jaqta’ x-xagħar ta’ 13-il sena u llum li għandu 68 sena m’għandux ħsieb li jieqaf. Il-barbier Żejtuni Louis Cassar jispjega lil TVM għal xiex mal-bieb ta’ barra weħħel tabella…

Kronaka

Nirien li ħakmu kamra f’wieħed mill-imħażen fil-kumpless tan-nar ta’ San Ġużepp Ħal-Għaxaq wassal biex issejħu fuq il-post l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Explosive Ordinance Disposal tal-Forzi Armati. Kienu għall-ħabta tas-1.15am xħin…

Aktar