
Mistenni jibqa’ sospiż matul il-lejl is-servizz tal-Gozo Channel, b’għexieren ta’ persuni li kienu se jaqsmu l-fliegu fittxew arranġamenti oħra għal-lejl jew baqgħu fit-terminals taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.
Il-vapuri tal-Gozo Channel waqfu jaħdmu għall-ħabta ta’ nofsinhar kawża tal-baħar qawwi, b’diffikultà l-aktar biex jimmanuvraw fid-dħul u l-ħruġ fil-Port tal-Imġarr.


Intant il-Ministru Caruana ħabret ukoll li saru arranġament għall-Maltin li nqabdu Għawdex:
Intant fi stqarrija, l-isptar Mater Dei qal li pazjenti Għawdxin li kellhom appuntament l-isptar illum u nqabdu Malta sabu l-kenn f’lukanda ewlenija.
Il-management tal-lukandi DB Seabank Resort & Spa Mellieha u DB San Antonio & Spa Qawra offrew kamra għal dawn il-pazjenti fejn intalbu jippreżentaw il-karta tal-isptar tagħhom mar-reception.
Ir-riħ qawwi li laqat il-gżejjer Maltin fl-aħħar sigħat ġab inkonvenjent għal għexieren ta’ persuni li nqabdu fit-terminal tal-Gozo Channel, jistennew biex il-vapur jerġa’ jibda jopera. Ħafna kienu rassenjati li f’dan it-temp qalil kontra qalbhom kellhom ħafna aktar sigħat x’jistennew.
Is-servizz twaqqaf għal ħabta ta’ nofsinhar wara li r-riħ dar min-nofsinhar lejn il-Lbiċ, li b’qawwa ta’ forza 6 għal 7 u l-baħar beda jibla’ l-art. Anke l-Virtu Ferries li topera l-vjaġġi bejn Malta u Sqallija waqfet is-servizz tal-katamaran. Il-freeport ukoll waqqaf l-operat minħabba riħ qawwi u mal-lanqas ħames vapuri tħallew jistennew barra sakemm jonqos ir-riħ.
Riħ qawwi ħakem il-Kosta fin-naħa tal-Lbiċ ta’ Malta, fosthom hawnhekk Wied iż-Żurrieq, fejn il-mewġ irid jibla’ l-art u bilkemm jirnexxielek iżżomm bil-wieqfa.
Il-maltemp ħoloq xeni uniċi u xi turisti ma ddejqux joqgħodu għar-raxx tal-baħar biex isegwu għemil in-natura.
L-Uffiċċju Meteoroloġiku qal li għada mas-sebħ, ir-riħ huwa mistenni jdur għall-Punent Lbiċ, biex imbagħad filgħaxija jdur Punent Majjistru forza 4 għal 5. Iżda x-xita jidher li ser tkompli taffettwa l-Gżejjer Maltin matul il-ġurnata kollha.
Ara wkoll:
Il-maltemp iħassar il-festi – sospiż is-servizz tal-Gozo Channel
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, ippubblika pakkett ta’ emendi għal-liġijiet tad-droga li bis-saħħa tagħhom, il-Qrati se jkollhom iktar diskrezzjoni dwar is-sentenza li għandhom jagħtu f’każ ta’ sejbien ta’ ħtija f’każijiet ta’…
Illum tkompli l-kumpilazzjoni tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat fejn mistenni jixhed Melvin Theuma. Fl-awla tal-Qorti hemm preżenti t-tliet akkużati, l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat bilqegħda mdawrin minn uffiċjali tal-ħabs. Preżenti…
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-Deputat Parlamentari Robert Abela huma ż-żewġ kandidati għall-ħatra ta’ mexxej tal-Partit Laburista minflok il-Prim Ministru Joseph Muscat. Ftit wara li ngħalqu n-nomini għal Mexxej…
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta organizza d-disa’ edizzjoni ta’ Lost, Found and Auctioned; avveniment li matulu nġabru aktar minn €12,000 għall-karità. Filwaqt li matul is-sena medja ta’ 800 oġġett li jintilfu…