Solidarjetà
Knorr tipprovdi mal-200 ikla b’kollaborazzjoni mal-kok Sean Gravina

Bħala parti mill-programm annwali tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tagħha, fl-aħħar jiem Knorr ipprovdiet mal-200 porzjon tal-ikel lil familji li jibbenefikaw mis-servizzi tal-Fondazzjoni St Jeanne Antide. Liema fondazzjoni tagħmel l-almu tagħha biex tkun ta’ spalla għal individwi vulnerabbli u familji li fost l-oħrajn qed jgħixu fil-faqar u huma esklużi soċjalment.

Inizjattiva, li saret id f’id mal-kok Sean Gravina, l-Ambaxxatur ta’ Knorr. Il-kok Gravina kattar it-togħma ta’ għadd ta’ porzjonijiet tal-għaġin permezz tal-prodotti Knorr.

Is-sena l-oħra, Knorr qassmet għadd ta’ ikliet għall-istess għan lid-Dar tat-Tfal ta’ San Ġużepp f’Santa Venera.