KNPD: il-persuni b’diżabilità huma nies normali u mhux imsieken

Fl-istess ġurnata li twaqqfet il-Fondazzjoni Lino Spiteri, tnediet kampanja bil-għan li tqajjem aktar għarfien dwar id-dinjità tal-persuni b’diżabilità. Il-kampanja Here We Are immexxija mill-Kummissjoni għall-Persuni b’Diżabilità qed twassal il-messaġġ li persuni b’diżabilità huma nies normali u mhux imsieken.

Iċ-Ċermen tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna qal li s-soċjetà għandha tieqaf tħares lejn l-persuni b’diżabilità bħala msieken u nies vulnerabbli.

“Jien persuna b’diżabilità u niltaqa’ ma’ dawn l-affarijiet ta’ kuljum u għadni niltaqa’ ma’ ċertu kummenti u attitudni. Għandna nħarsu lejn il-persuni b’diżabilità bħala persuna u mhux diżabilità b’persuna. Il-messaġġ tal-kampanja hu li aħna għandna il-potenzjal li nkunu parti minn oqsma differenti mill-ħajja,” qal Oliver Scicluna.

Is-Sur Scicluna qal li l-ħolma tiegħu hi li l-persuni b’diżabilità jitqiesu bħala nies normali daqs ħaddieħor.

“Ma nibqgħux naraw policies u liġijiet li jiddefinixxu persuni b’diżabilità għax niġu l-għażla naturali u s-support jingħata fejn hemm bzonn,” qal Oliver Scicluna.

Christian Camilleri, li huwa parti mit-tim ta’ din il-kampanja, qal li għandhom sfida doppja, li jedukaw lis-soċjetà u jinkoraġġixxu lil persuni b’diżabilità biex jipparteċipaw b’mod sħih fis-soċjetà.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li temmen li kulħadd għandu abbilitajiet differenti u m’għandux ikun hemm distinzjoni bejn persuna u oħra. Saħqet li s-soċjetà għandha tagħti d-dinjità lil dawn il-persuni u mhux bil-karità biss. Żiedet tgħid li bħalissa hemm ħames persuni b’diżabilità jaħdmu fil-palazz u ħeġġet biex aktar postijiet tax-xogħol jiftħu l-bibien tagħhom għal aktar inklussività.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-tifkira ta’ Lassana Cisse Souleymane, li kienet tpoġġiet fil-post fejn inqatel ġiet ivvandalizzata. Huwa kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta…

Lokali

Heritage Malta, flimkien mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u l-Università ta’ Macquarie, f’Sydney l-Awstralja, qed iħabbru l-bidu ta’ proġett internazzjonali u interdixxiplinarju li jinvolvi l-istudju tal-kranji umani li nstabu ġewwa l-Ipoġew…

Qorti

Ir-raġel suspettat bl-omiċidju ta’ Charlene Farrugia mistenni jitressaq il-Qorti llum. TVM jinsab infurmat li huwa se jitressaq b’rabta mal-hold up li seħħ ftit tal-jiem ilu f’ħanut fil-Gżira. Dwar l-akkużi b’rabta…

Aktar