Kok Malti jirbaħ il-konkors British Culinary Federation Chef 2016

Kok Malti, Martin Carabott rebaħ il-konkors British Culinary Federation Chef of the year 2016.

Martin iggradwa mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi u issa għandu l-opportunità li jgħamel parti mit-tim nazzjonali Ingliż biex jikkompeti f’konkorsi internazzjonali.

Il-premjazzjoni saret fil-University College f’Birmingham nhar it-Tnejn 11 April . Bħala l-15-il rebbieħ 15 ta’ din il-kompetizzjoni , Martin issieħeb mar-rebbieħa ta’ edizzjonijiet tal-passat fosthom Simon Hulstone, Luke Tipping, Richard Turner u Adam Bennett.

Minbarra l-award, Martin irċieva ċekk ta’  £ 2,500 u ngħata l-opportunità biex jissieħeb mat-tim kulinarju nazzjonali Ingliż f’Erfurt fil-Ġermanja f’Ottubru li ġej għall-Olimpjadi Kulinari, vjaġġ b’kollox imħalls għar-Restaurant Show f’Chicago fl-Istati Uniti u SV200 Stirring Unit.

Martin Carabott f’isem RAC Club, London kien wieħed mill-għaxar kokijiet li wasslu sal-finali li kellhom isajru three course meal għal tnejn minn nies.