Stejjer Umani
Kok professjonali ħerqan li jfiq mid-droga u jirbaħ ħajtu lura

Kok professjonali ta’ 33 sena, u li qed jagħmel il-programm ta’ rijabilitazzjoni tad-droga fil-Komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa flimkien mar-residenti tal-komunità Santa Marija uża l-ħiliet tiegħu biex ikkordina ikla speċjali fil-komunità li għaliha attenda l-President George Vella.

Kok li ggradwa mill-istitut tal-istudji turistiċi qed jagħmel it-tieni programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga, bid-differenza li issa qed jagħmel il-programm minn jeddu.

“Nemmen ma kontx għadni ħadt biżżejjed, kelli ħafna issues x’naħdem fuqhom biex ma naqax għall-vizzju li kelli qabel”.

Ir-raġel qal li ihoss li mmatura fl-età u għandu sens akbar ta’ familja, jinsab konvint li wara li jtemm dan il-programm se jirnexxielu jasal għas-suċċess li xtaq.

“Issa għandi iktar terapija miegħi nnifsi, u nisfida lili nnifsi, u nħares ‘il quddiem b’suċċess li forsi jwassalni li nkun il-persuna li nixtieq li nkun mhux niddilja bid-droga”.

Dan ir-resident fil-komunità ta’ Santa Marija f’Ħal Farruġ operat mill-Aġenzija Sedqa flimkien mal-għaxar residenti tal-komunità ħejja ikla speċjali li biha laqgħu lill-President ta’ Malta George Vella li kien mistieden fil-komunita fil-jum dinji kontra d-droga.

Il-koordinatur tal-komunità Santa Marija Miguel Buttigieg qal li l-ikla saret b’tema tal-esperjenza li jgħaddu minnha r-residenti fil-programm.  “Ridna permezz tal-menu nuru l-esperjenza li jgħaddu minnha, u l-istadji li jgħaddu minnhom sakemm jintegraw fis-soċjetà”.

Il-programm tal-Komunità Santa Marija jitqassam fi tlett fażijiet, bl-ewwel wieħed ikun dak ta’ terapija biex il-persuna tiskopri l-identità tagħha u taħdem fuq affarijiet personali li għandha bżonn li ssib stabiltà dwarhom, filwaqt li l-aħħar fażi tkun dik ta’ integrazzjoni fis-soċjeta’, bir-residenti jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Il-programm tal-Aġenzija Sedqa, fil-komunità Santa Marija beda fl-1994.

***ritratt fittizju

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Lokali

Mit-tlieta ta’ Awissu li ġej ħaddiema barranin jistgħu jerġgħu jibdew japplikaw għas-single permit, li huwa permess ta’ xogħol u anki residenza f’Malta. Is-Segretarju Parlamentari, Alex Muscat qal li minħabba l-pandemija, il-ħaddiema…

Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

COVID-19

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, qed jippubblika l-COVID-19 Transition Guidelines għall-produzzjonijiet artistiċi li se jiġu organizzati f’teatri pubbliċi u privati, kemm fuq ġewwa u…

Aktar