Lokali
Kollox jinsab lest biex mil-lum jiftħu ċ-childcare centres

L-Assoċjazzjoni taċ-Childcare Centres qalet li kollox jinsab lest biex minn għada jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Fost il-miżuri ta’ protezzjoni, l-impjegati f’dawn iċ-ċentri se jilbsu maskri jew visors il-ħin kollu, waqt li t-tfal mhumiex se jilbsu maskri jew visors, iżda se jkunu mħeġġa jaħslu idejhom ta’ spiss.

Bi ftehim bejn il-Kamra tal-Kummerċ għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, l-Assoċjazzjoni taċ-Ċentri taċ-Childcare u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, mill-Ġimgħa filgħodu ċ-childcare centres jistgħu jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom biex jilqgħu t-tfal. L-Assoċjazzjoni taċ-ċentri tac-childcare qalet li minbarra l-protokolli stretti li diġa kellhom dawn, se jiddaħħlu l-miżuri l-oħra ta’ protezzjoni, fosthom il-bżonn li tinżamm id-distanza soċjali u li jiġi evitat li grupp ta’ tfal bil-carer tagħhom jitħallat ma’ grupp ieħor.

L-impjegati tac-childcare centres se jkunu obbligati jilbsu l-maskri jew il-visors il-ħin kollu, għalkemm it-tfal mhux se jilbsu maskri jew visors. Madankollu se jkunu mħeġġa biex jaħslu idejhom ta’ spiss u jimsħu l-affarijiet tagħhom. Fost miżuri oħra ta’ protezzjoni, iċ-childcare centres se jiġu diżinfettati regolarment bi prodotti li ma jagħmlux ħsara lit-tfal. Il-ġugarelli u oġġetti oħra se jitnaddfu u jiġu diżinfettati bejn grupp u ieħor. Il-ftehim jitlob li kull childcare centre jkollu kamra ta’ iżolament f’każ li xi ħadd ikun ma jiflaħx waqt li jkun fiċ-ċentru.

L-Assoċjazzjoni sostniet li l-ftuħ mill-ġdid tac-childcare centres qed jitqies bħala pass importanti ħafna lejn in-normalità. Kompliet tgħid li dawn iċ-ċentri jirrappreżentaw sħubija ta’ suċċess bejn is-settur pubbliku u dak privat u huwa servizz essenzjali ta’ appoġġ biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fuq il-postijiet tax-xogħol. L-Assoċjazzjoni enfasizzat li ghalhekk das-servizz huwa strumentali għall-irkupru tal-ekonomija.

Aħbarijiet Oħra
Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hu attrezzat aħjar biex ikollu provista ta’ ilma għal tifi ta’ nar kbir, bħal f’żoni industrijali. Erba’ bowsers ġodda li nxtraw bi flus mill-Malta Industrial Parks jifilħu…

Kronaka

Raġel sofra xi ġrieħi f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Għaxaq. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq it-Tumbarellu għall-ħabta tas-1.45pm. Mill-ewwel tagħrif li kiseb TVM jidher li x’aktarx ir-raġel weġġa’ wara li…

Turiżmu

Fl-ewwel ġimgħa mill-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport għal titjiriet kummerċjali, waslu Malta 20,000 passiġġier. Il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli, qalet li għalkemm is-sitwazzjoni internazzjonali għadha imprevedibbli ħafna, dawn iċ-ċifri huma inkoraġġanti u…

Qorti

Darryl Luke Borg ta’ 34 sena ġie kkundannat għal disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati li nġurja lil ommu, kiser ordni ta’ protezzjoni mposta mill-Qorti sabiex ma jersaqx qrib…

Aktar