Lokali
Kollox jinsab lest għat-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’

Iż-żmien itir u ma jistenna ‘l ħadd. Ġimgħ’ilu, qisu lbieraħ, ittella’ l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’. U, illejla, ‘X Factor Malta’ jissokta bit-tieni Live Show minn ħamsa.

Is-serata se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq Television Malta, eżatt wara l-bulettin tal-aħbarijiet tat-8.00pm.

U, illejla, stennija kbira għall-għaxar parteċipanti, li lkoll irnexxielhom jagħmluha għat-tieni Live Show.

L-aħħar għaxra huma Destiny, Jasmine, u Justine mill-grupp tal-Girls ta’ Ira, Celine mill-Overs ta’ Alexandra, Kyle, Karl Schembri, u Dav. Jr f’isem il-Boys ta’ Ray, u Bloodline, Yazmin & James, u F.A.I.T.H mill-Groups ta’ Howard.

Għal darb’oħra, aktar ma t-tokki tal-arloġġ qed joqorbu lejn id-disgħa tal-lejla, aktarx li l-kantanti aktar qed jinħakmu minn ħeġġa u entużjażmu liema bħalhom, ħerqana biex jitilgħu fuq il-palk imħejji għalihom l-MFCC biex ipaxxu lill-poplu Malti u Għawdxi bl-ilħna partikolari u distinti tagħhom.

Ara l-preparamenti hawnhekk

 

Instaroom | Episode 6 | One Word One Song

10 WORDS ✅10 SONGS ✅10 FINALISTS ✅We gave our finalists a word each and they had to sing the first song that comes to their mind!

Gepostet von X Factor Malta am Samstag, 18. Januar 2020

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Nhar it-Tnejn 2 ta’ Marzu, fis-7 ta’ filgħodu se jibdew tiswijiet temporanji ta’ Triq San Pawl, it-triq ewlenija ta’ San Pawl il-Baħar. Se jsiru xi xogħlijiet f’wiċċ din it-triq wara li…

Edukazzjoni

L-MUT u l-Gvern laħqu qbil fuq pjan ta’ azzjoni dwar il-provvista tal-ilma fl-iskejjel tal-Primarja ta’ Paola u għalhekk, il-union tissospendi d-direttivi li ħarġet ilbieraħ. Tard filgħaxija, l-MUT flimkien mal-Prim Ministru…

Politika

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddiskuta u qabel mal-proposta tal-Gvern li jiddaħħal mekkaniżmu korrettiv fil-Kostituzzjoni li jippermetti li jiżdied in-numru tal-membri parlamentari nisa sa massimu ta’ sitta fuq kull naħa tal-Kamra tad-Deputati….

Aktar