Lokali
Kollox lest biex il-Kurja tilqa’ mal-400 persuna għall-ikla tal-Milied

Il-bini tal-Kurja fil-Floriana jinsab lest biex għada jiftaħ il-bibien tiegħu għall-ikla tradizzjonali tal-Milied organizzata mill-Caritas.

Il-Knisja f’Malta, flimkien mal-Caritas, kienet bdiet tieħu din l-inizjattiva bil-għan li toffri wens lil dawk li jinsabu waħedhom f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.

Fi Tweet l-Arċisqof Charles J Scicluna qal li diġà hemm 400 persuna bbukkjati għal din l-ikla tal-Milied.

Ara wkoll:

ARA: Isajru l-ikla tal-Milied għal familji Għawdxin fil-bżonn