Barranin
Komplott biex tinqatel Theresa May

Raġel inżamm arrestat wara allegat komplott biex tinqatel il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May.

Naa’imur Zakariyah Rahman ta’ 20 sena minn Londra qiegħed jiġi akkużat bi pjan li jisplodi l-gradi tad-dħul ta’ Downing Street biex jattakka lil Theresa May b’sikkina.

Raġel ieħor magħruf bħala Mohammed Aqib Imran ta’ 21 sena minn Birmingham qed jiġi akkużat ukoll f’komplotti terroristiċi.

Rahman u Aqib Imran ġew arrestati fit-28 ta’ Novembru u mistennija jitilgħu l-Qorti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Italja għargħar laqat it-tramuntana tal-pajjiż b’mijiet ta’ nies kellhom jevakwaw darhom b’oħrajn ifittxu kenn f’bini għoli biex jevitaw l-ilmijiet qawwija. L-ilmijiet laqtu l-iktar lill-ibliet ta’ Lentigione u Brescello fir-reġjun ta’…

Barranin

Fl-Istati Uniti, l-aggressur Akayed Ullah, li huwa akkużat b’attakk terroristiku fi stazzjon nhar it-Tnejn li għadda f’Manhattan fi New York, ippostja messaġġ fuq il-midja soċjali indirizzat għall-President Amerikan Donald Trump…

Barranin

Splużjoni kbira f’impjant tal-gass fl-Awstrija ħalliet persuna mejta u minn tal-anqas 18 feruti. L-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tad-8.45 ta’ dalgħodu fis-sit Baumgarten ikkawżat ukoll in-nirien, bl-awtoritajiet iżda jgħidu li s-sitwazzjoni…

Aktar