Unjoni Ewropea
Kompromess bejn in-negozjaturi tal-baġit tal-Unjoni Ewropea 2021-2027

In-negozjaturi tal-baġit tal-Parlament Ewropew u l-Presidenza tal-Kunsill laħqu kompromess li mistenni jwitti t-triq għal ftehim dwar il-Budget tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2021 sal-2027.

Il-Parlament Ewropew qal li b’dan l-iżvilupp, il-budget maqbul mill-mexxejja Ewropej f’Lulju li għadda se jiżdied b’sittax-il biljun ewro oħra li ħafna minnhom se jmorru biex jissaħħu l-programmi ewlenin li jipproteġu liċ-ċittadini mill-pandemija tal-Covid-19.

Il-kompromess għad irid jiġi approvat miż-żewġ istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.