Barranin
Konfermata r-rebħa ta’ Biden fl-istat ta’ Georgia wara li reġgħu ngħadu l-voti

Ir-rebħa tal-President elett tal-Istati Uniti Joe Biden fl-istat ta’ Georgia ġiet konfermata wara li reġgħu ngħadu l-voti.

Intant, Biden ikkundanna l-fatt li Donald Trump ma aċċettax it-telfa fl-elezzjoni presidenzjali, u qal li bagħat messaġġ orribbli dwar minn huma bħala pajjiż.

Biden qal li kien kunfidenti li s-Sur Trump kien jaf li mhux se jirbaħ u wera “irresponsabbiltà inkredibbli”.

Il-president elett kien qed jitkellem mal-gvernaturi, kemm Repubblikani u Demokratiċi, f’laqgħa virtwali dwar il-kriżi tal-coronavirus.

Mistoqsi dwar l-fatt li Trump ma kkonnċediex it-telfa, Biden qal li l-president kien qed jibgħat messaġġi ta’ ħsara inkredibbli lill-bqija tad-dinja dwar kif taħdem d-demokrazija fl Ewropa u li se jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-aktar presidenti irresponsabbli fl-istorja Amerikana.