Sigurtà
Konfiskati 4 kontejners mimlija ħwejjeġ u blalen tal-futbol foloz

Id-Dwana fi stqarrija qalet li kkonfiskat 4 kontejners fil-Freeport b’eluf ta’ ħwejjeġ u blalen tal-futbol foloz.

Fl-ewwel container ġew elevati mal-10,344 libsa falza ta’ ditti rinomati emntri fit-tieni container instabu mal-11,280 libsa u ħwejjeġ oħra ta’ diversi ditti, ilkoll foloz.

Mill-banda l-oħra fit-tielet container ġew konfiskati 14,580 ballun tal-futbol falz, immarkati b’marki ta’ ditti rinoimati u 4,776 ballun tal-futbol ieħor falz fir-4 kontejner.

F’din il-ħidma kien hemm koordinament sħiħ bejn it-Taqsimiet tal-Propjetà Intelletwali tad-Dwana, il-Container Monitoring Unit u l-Iscanning Team.

Il-kumpaniji propjetarji tal-ditti reġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpaniji kontraventriċi f’kull każ.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Instab post alternattiv biex id-detox ma jibqax fejn l-isptar San Luqa fi G’Mangia. Dan ġie konfermat mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti li madankollu ma tax dettalji tal-post…

Kronaka

Ir-raġel li lbieraħ il-Pulizija ppubblikaw ritratti tiegħu qed ikun imfittex b’rabta ma’ serqa li seħħet ix-xahar illi għadda f’Tas-Sliema. Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil dan ir-raġel. Minn stħarriġ…

Saħħa

Kollaborazzjoni bejn kumpanija fil-qasam tal-farmakoloġija li tinsab ibbażata f’Malta u riċerkatur Taljan qed twassal għal iżjed riċerka fit-terapija għall-kanċer. Din ir-riċerka hi ibbażata fuq sustanti meħuda minn pjanti mediterranji. Il-Professur…

Aktar