Toroq
Konġestjoni fl-inħawi tax-Xemxija wara li trakk imblokka t-triq

Is-sewwieqa mħeġġa jevitaw li jsuqu lejn Telgħet ix-Xemxija minħabba li bħalissa hemm konġestjoni ta’ traffiku.

Jidher li għal xi raġuni trakk weħel fit-triq u spiċċa jimblokka ż-żewġ karreġġjati.

Il-Pulizija tinsab fuq il-post biex tidderieġi t-traffiku miż-żewġ naħat iżda l-influss qawwi ta’ karozzi qed joħloq konġestjoni fl-inħawi.