Lokali
AĠĠORNATA: Turisti jimxuha għall-Ajruport minħabba t-traffiku
Turisti ddeċidew li ma jibqgħux fit-taxi u jitilqu bil-pass biex jaslu l-ajruport.
Dan hekk kif fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u fl-inħawi hemm konġestjoni ta’ traffiku.

Persuna li bagħtet ritratti lil tvm.com.mt qalet li x-xogħol li qed isir fuq ir-roundabout weħħel il-karozzi kollha. Saħansitra qalet li diversi nies damu jistennew it-trasport pubbliku, li min-naħa tagħhom il-karozzi ma setgħux jgħaddu minħabba t-traffiku.

Il-paġna tal-Facebook Maltese Roads Traffic Updates kitbet li l-aċċess għall-Gudja mill-Ajruport jinsab magħluq u li fuq il-post hemm uffiċċjali ta’ Transport Malta jidderieġu u jikkontrollaw it-traffiku.

Sadanitant ritratt li dehru fil-paġna Maltese Roads Traffic Updates juru wkoll li Triq Ħal Luqa, Santa Luċija, fid-direzzjoni ta’ Raħal Ġdid tinsab iġġammjata wkoll bit-traffiku.