Barranin
Kongo: Iktar minn 6,000 mejta fl-agħar epidemija tal-ħosba fl-istorja

In-numru ta’ persuni mejtin bil-ħosba fl-aħħar epidemija fil-Kongo qabeż is-6,000 persuna. Dan ġie kkonfermat mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa.

Il-WHO qalet li din l-epidemija hija l-ikbar waħda fid-dinja. Fil-fatt, madwar 310,000 każ ta’ ħosba ġew rappurtati fl-2019.

Il-Gvern tal-pajjiż flimkien mal-WHO niedew programm ta’ titqib b’emerġenza Settembru li għadda. Iktar minn 18-il miljun tifel u tifla ta’ taħt il-ħames snin ġew imlaqqma madwar il-pajjiż kollu.

Minkejja dan, infrastruttura batuta, attakki fuq iċ-ċentri tas-saħħa, flimkien ma’ nuqqas ta’ aċċess għal sistema tas-saħħa li tolqot lil kulħadd wasslet biex din il-marda tkompli tinfirex.

Il-Kongo qed jesperjenza wkoll it-tieni l-ikbar tfaqqiegħa tal-Ebola li qatt rat id-dinja, iżda din qatlet inqas minn nofs kemm qatlet il-ħosba fl-istess pajjiż.

Aħbarijiet Oħra

L-Awstralja rnexxielha tirreġistra rekord bl-inqas każijiet ta’ Covid-19 fi tlett xhur, fejn irrapportat biss 18-il każ ġdid. Fl-istat ta’ Victoria li kien meqjus bħala l-epiċentru għall-virus irreġistra biss 14-il każ…

Il-kumpannija TikTok fl-Istati Uniti qalet li ftehim bejn il-kumpannija Ċiniża u dawk Amerikani Oracle u Walmert wassal biex dan l-app tant popolari mat-tfal, żgħażagħ u anki adulti jibqa’ jopera fl-Istati…

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-ġimgħa d-dieħla se jinnomina mara biex timla l-post vakanti tal-Imħallef tal-Qorti Suprema Ruth Bader Ginsburg li mietet jumejn ilu fl-età ta’ 87 sena. Ġimgħat…

Uffiċjali tal-FBI kkonfermaw li rnexxielhom jintraċċaw u jwaqqfu pakkett indirizzat lil Trump li kien mimli bil-velenu ricin. Il-pakkett kellu jasal il-White House iżda l-FBI u uffiċjali tas-Servizzi Sigrieti rnexxielhom jintebħu…

Aktar